Knejjes u lukandi għal dawk bla dar

Print Friendly, PDF & Email

Għaqda tal-karità Taljana tħeġġeġ lill-lukandiera biex f’din il-kesħa xitwija jiftħu l-bibien tagħhom għan-nies bla dar.

Il-Komunità Sant’ Egidio ħareġ b’appell għal-lukandiera u kull min għandu bini ieħor f’Ruma li huma vojta minħabba nuqqas ta’ turisti, fis-sitwazzjoni tal-pandemija, biex jilqgħu għandhom persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom u li jinsabu f’riskju minħabba t-temperaturi kesħin tax-xitwa.

Ix-xitwa għall-persuni bla dar hija dejjem problema, iżda din is-sena saret aktar akuta minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Din is-sena mhux biss kien hemm żieda fin-numru ta’ persuni li jgħixu fit-toroq, iżda li dawn qed jagħmlu spiss ħin weħidhom minħabba l-curfew li ġie ordnat mill-gvern taljan, bil-konsegwenza li jekk xi ħadd ikun f’xi inkwiet, ħadd ma jkun hemm biex jgħinu.

Massimiliano Signifredi, koordinatur għall-komunikazzjoni tal-persuni li ma għandhomx dar fejn joqgħodu fi ħdan il-Komunità Sant’ Egidio, qal lil Crux li l-organizzazzjoni hija nkwetata “għax jidher li mal-Covid, hemm ġustifikazzjoni biex ma nagħmlu xejn”, bl-attitudni ġenerali tkun, “aħna nagħmlu aktar tard meta l-kundizzjonijiet ikunu aħjar.” Madankollu huwa stqarr: li “hawn problema li l-ħajjiet umani qed jiġu mormija, kif jgħid il-Papa. Nies li, m’hemmx post għalihom”. Signifredi sejjaħ din l-attitudni bħala waħda nnaċċettabbli “għax speċjalment waqt il-pandemija, jeħtieġ li dawn jiġu protetti”. “Hawn ħafna u ħafna bini abbandunat, lukandi vojta għax m’hemmx turisti fihom. Li jistgħu jintużaw”.

Signifredi tkellem tlett ijiem wara li l-Komunità Sant’Egidio ħarġet appell u ħeġġet lill-lukandiera u negozji oħra biex jagixxu malajr, billi jevitaw iċ-ċrieki burokratiċi tipiċi u jiftħu l-bibien tagħhom immedjatament għal persuni bla dar li jinsabu f’riskju. Minn Novembru, madwar Ruma diġa’ mietu mill-inqas tmien persuni li jgħixu barra fit-triq, li dawn mietu minħabba espożizzjoni għall-kesħa, l-aktar mewta riċenti kienet ta’ raġel ta’ 48 sena mill-Bangladesh, li miet is-Sibt li għadda.

Fl-appell tagħhom, il-Komunità ta’ Sant’Egidio nnotat li filwaqt li l-Knisja ħadet azzjoni biex tgħin lil dawk li ma għandhomx saqaf fuq rashom, billi pprovdiet sodod għal madwar 1,700 minn madwar 3,000 li huma stmati li jgħixu barra f’Ruma, s-soċjetà ġenerali ma għamlet xejn, u offriet biss tużżana sodod żejda, minbarra t-800 li normalment jipprovdu matul is-sena.

Huwa żied jgħid li diġa’ hemm xi lukandi li wieġbu għall-appell li għamlet il-Komunità. Sid ta’ lukanda ħdejn l-istazzjoni Termini ta’ Ruma, minħabba nuqqas ta’ turisti, fetħet 24 kamra biex tilqa’ lil dawn in-nies. Li dawn qed jikkontribwixxu għall-ispiża jew permess ta’ sponsor, jew donazzjonijiet jew fondi tal-pensjoni. Skond Signifredi, dawk li jargumentaw lin-nies bla dar jippreferu jorqdu fit-toroq, u ma jidħlux ġewwa, anke matul il-lejl, huma żbaljati.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/church-in-europe/2021/01/italian-charity-urges-hotels-to-open-doors-to-homeless-amid-winter-chill/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d