Fil-kalendarju liturġiku, nhar il-Ħadd li ġej, 24 ta’ Jannar 2021, ikun it-Tielet Ħadd matul is-Sena. L-Ittra Appostolika f’għamla ta’ Motu Proprju Aperuit illis, publikata mill-Papa Franġisku fit-30 ta’ Settembru 2019, tistabbilixxi li kull sena, it-Tielet Ħadd ikun Ħadd il-Kelma ta’ Alla, iddedikat għaċ-ċelebrazzjoni, ir-riflessjoni u t-tixrid tal-Kelma ta’ Alla.
F’dan il-filmat qasir ta’ hawn fuq, il-Biblista Dun Pawl Sciberras jitkellem dwar Ħadd il-Kelma ta’ Alla.