L-Innu tal-WYD 2023

Print Friendly, PDF & Email

Ħareġ l-Innu Uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2023

L-Innu Uffiċjali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) 2023, li ser issir f’Lisbona, fil-Portugal, ġie preżentat, nhar l-Erbgħa li għaddew, eżattament sentejn mit-tħabbira tal-belt magħżula mill-Papa Franġisku biex tospita l-laqgħa dinjija għaż-żgħażagħ.

Bl-isem “Há Pressa no Ar” (Hemm ġirja fl-arja), bl-innu hu ispirat mit-tema tal-WYD 2023: “Marret qamet u marret tħaffef” (Lq 1:39). Ifakkar fl-‘Iva’ tal-Madonna u fl-għaġġla tagħha biex tiltaqa’ ma’ kuġintha Eliżabetta, li wkoll kienet tqila.

L-Innu Uffiċjali ta’ jum iż-Żgħażagh li ser isir f’Lisbona fl-2023

Iż-żgħażagħ mid-dinja kollha huma mistiedna jiddentifikaw lilhom infushom mal-Madonna huma u jkantaw dan l-innu, “jiddisponu lilhom infushom biex jaqdu, għall-missjoni u għat-trasformazzjoni tad-dinja”. Il-lirika issejjaħ wkoll għall-‘festa’ tal-WYD u l-ferħ li jiġi minn Ġesù.

L-Innu ġie rekordjat f’żewġ verżjonijiet: waħda bil-Portugiż u l-verżjoni l-oħra internazzjonali, li jinkludi l-Portugiż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż u t-Taljan.

Il-kliem tal-Innu uffiċċjali tal-WYD 2023 hu tal-awtur Fr João Paulo Vaz, saċerdot, filwaqt li l-mużika kienet komposta minn Pedro Ferreira, għalliem u mużiċist, it-tnejn mid-Djoċesi ta’ Coimbra fir-reġjun taċ-ċentru tal-Portugal. L-arranġamenti mużikali saru mill-mużiċist Carlos Garcia.

Dan l-innu ntgħażel permezz ta’ kompetizzjoni nazzjonali li kien miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ persuni Portugiżi. Il-Parteċipanti kienu mħeġġa jispirraw lilhom infushom mit-tema magħżula mill-Papa Franġisku, u li tenfasizza l-evanġelizzazzjoni u l-kultura Portugiża.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-01/wyd-2023-lisbon-portugal-ha-pressa-no-ar-mary.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading