Saċerdoti fuq quddiem nett fl-għajnuna kontra l-pandemija

Print Friendly, PDF & Email

Fis-Slovakkja, saċerdoti fuq quddiem nett fl-għajnuna kontra l-pandemija tal-Covid-19

Iktar minn 200 saċerdot fis-Slovakkja biddlu l-ilbies liturġiku tagħhom għal ħwejjeġ protettivi biex joffru s-servizzi tagħhom bħala front liners kontra l-pandemija tal-Covid-19. Skond Fr Martin Kramara, kelliem għall-Konferenza tal-Isqfijiet, apparti li jipprovdu kura pastorali u sagramentali, qed jgħinu fl-oqsma tal-immaniġjar tal-kriżijiet, fl-appoġġ tal-kura tas-saħħa, l-ittestjar u l-ippjanar tat-tilqim, u xi wħud anke qed jaħdmu fid-dipartimenti tal-Covid-19 u kura intensiva fi sptarijiet fis-Slovakkja kollha.

Ħafna minnhom ġew assenjati għal dawn id-dmirijiet ġodda mill-isqfijiet tagħhom, iżda ħafna qed iservu bħala voluntiera, jippruvaw iwettqu l-vokazzjoni essenzjali tagħhom biex ikunu viċin in-nies fil-bżonn. Domnik Janky, chaplain, fi Stará Lubovňa, huwa wieħed minnhom: “Jien qabel, kont inżur il-pazjenti u nagħtihom is-sagramenti mqaddsa, imma din id-darba huwa differenti. Aħna lkoll qed naraw li l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu fit-titjib tas-sitwazzjoni, u ninsab kuntent li nista’ nagħti daqqa t’id u nikkontribwixxi kemm spiritwalment kif ukoll fiżikament. Huma eroj li jistħoqqilhom ir-rispett u l-appoġġ tagħna”, temm jgħid is-saċerdot voluntier Fr Janky.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/1/28/slovacchia-sacerdoti-in-prima-linea-contro-la-pandemia-da-covid-19/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: