Titkellimx ħażin fuq l-oħrajn

Il-Papa jfaħħar is-silenzju fid-daħla ta’ edizzjoni ġdida ta’ ktieb ta’ Kapuċċin

‘Is-silenzju huwa l-lingwa ta’ Alla kif ukoll il-lingwa tal-imħabba’ jikteb Papa Franġisku fil-prefazju ta’ ktieb mill-Franġiskan Kapuċċin Emiliano Antenucci bl-isem “Non sparlare degli altri” jew ‘Titkellimx ħażin fuq l-oħrajn’ (“Don’t speak ill of others”), ippubblikat mill-ġdid f’Jannar ta’ din is-sena 2021 mill-pubblikatur Taljan Effata. 

Għall-Papa Arġentin, li wieħed ma jitkellimx ħażin fuq il-proxxmu mhuwiex biss azzjoni morali imma wkoll ġest ta’ umanita’ għaliex ‘meta nitkellmu ħażin dwar l-oħrajn, intebbgħu x-xbieha ta’ Alla li hemm f’kull bniedem’.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.