Il-Kattoliċi Brażiljani jitolbu għal ‘dawl ta’ tama’ fost pandemija

Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi Brażiljani (CNBB) stiednet lill-fidili biex jingħaqdu fil-Jum Nazzjonali ta’ Talb li sar fit-2 ta’ Frar, Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej (Jum il-Kandlora), fejn talbu lill-Verġni Mbierka Marija u lil San Ġużepp biex jinterċedu fil-ġlieda li għaddejja bħalissa, kontra l-Covid-19.

“L-għan huwa li nitolbu lil Alla biex irawwem it-tama tagħna u jagħtina kuraġġ biex niffaċċjaw il-pandemija,” qal is-Segretarju Ġenerali tas-CNBB, l-Isqof Portella Amado. “Żomm id-dawl tat-tama mixgħul” kien l-motto magħżul għall-Jum tat-Talb.

Il-Kattoliċi kienu mistiedna li meta jidlam jixegħlu xemgħa u jpoġġuha fit-tieqa, bħala ġest simboliku ta’ tama u komunjoni. Il-fidili setgħu wkoll jaqsmu ritratti tax-xemgħa tagħhom fuq il-midja soċjali bil-hashtag # LuzdaEsperança. “L-idea hi li, anke jekk żgħira, d-dawl idawwal in-nies oħra bħala sinjal ta’ tama”, qal l-Isqof.

Il-Jum kien ċċelebrat fuq livell nazzjonali u lokali, u l-avvenimenti, li nkludu talb u riflessjonijiet, xxandru parzjalment fuq it-televiżjoni w parzjalment fuq il-midja soċjali.

L-programm beda fid-9 ta’ filgħodu, ħin lokali, b’Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena ta’ Belo Horizonte (Stat ta’ Minas Geiras), preseduta mill-Arċisqof lokali Walmor Oliveira de Azevedo, President tas-CNBB, segwit minn seminar onlajn li offra riflessjonijiet dwar is-sorsi spiritwali ta’ nkoraġġiment fi żminijiet ta’ pandemija.

Fis-7 ta’ filgħaxija xxandar ir-Rużarju mis-Santwarju tal-Madonna ta’ Aparecida, u fid-9 ta’ filgħaxija saret t-Talba ta’ bil-Lejl fil-Kappella tal-Madonna ta ’Aparecida fil-kwartieri ġenerali tas-CNBB f’Brasilia.

Il-Brażil jibqa’ wieħed mill-agħar pajjiżi milquta minn Covid-19, b’aktar minn 9.2 miljun każ u’ l fuq minn 225,000 mewt. Varjant imsejjaħ P.1, li ħareġ kmieni f’Diċembru f’Manaus, ikkawża numru kbir ta’ każijiet ġodda, li wassal lis-sistema tas-saħħa fil-kapitali tal-Istat tal-Amazonas tal-Brażil tikkollassa. F’nofs Jannar l-Arċisqof Leonardo Steiner ta’ Manaus nieda appell drammatiku għall-provvisti ta’ ossiġnu fl-Istat. Il-Papa Franġisku mill-ewwel wieġeb għall-appell b’donazzjoni.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-02/brazil-day-prayer-coronavirus-pandemic-light-of-hope.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.