80 fil-mija ta’ dawk li, fl-2025, żaru s-Santwarju ma kienux ma’ gruppi organizzati
minn Michael Caruana
Is-Santwarju internazzjonali ta’ Lourdes hu post ta’ laqgħa, miftuħ għal kulħadd. Nies mid-dinja kollha jmorru Lourdes u ħafna minnhom iżuru s-Santwarju.
Sa mid-dehriet fl-1858 follol inġabru quddiem l-Għar jitolbu ma’ Bernadette Soubirous. Il-pellegrinaġġi bdew jiġu organizzati minn diversi inħawi fi Franza u malajr bdew jiġu organizzati wkoll minn postijiet lil hinn minn dan il-pajjiż. L-ewwel pellegrinaġġ minn barra Franza kien organizzat fl-1874: pellegrinaġġ nazzjonali Belġjan li ġabar flimkien aktar minn elf pellegrin.
Illum niltaqa’ nies li jmorru Lourdes għal ġurnata u ma’ oħrajn li jmorru għal għal numru ta’ ġranet. Bħala medja jagħmlu Lourdes tlett ijiem. Ikun hemm nies li jivvjaġġaw waħidhom, oħrajn mal-familja jew fi gruppi. Dawn tal-aħħar huma fil-parti l-kbira organizzati mid-djoċesi jew mill-parroċċa tagħhom, minn għaqdiet u minn aġenziji tal-ivvjaġġar.
Il-pellegrini li jżuru s-Santwarju fi gruppi organizzati, bħalma mmorru ħafna minna, is-sena li għaddiet irrappreżentajna 20 fil-mija ta’ dawk żaru s-Sanrwarju. Dawn kollha jmorru Lourdes għal vjaġġ spiritwali biss inkella għal vjaġġ spiritwali u mhux mmoru l-Maltin u l-Għawdxin mal-aġenziji tal-ivvjaġġar. Il-vjaġġi spiritwali huma organizzati minn xi djoċesi, parroċċa, ordni reliġjuż jew għaqda għat-trasport tal-morda jew persuni b’diżabbiltà. Dawn il-pellegrinaġġi minn Malta huma organizzati mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes u mill-Għaqda Voluntiera. Organizzazzjonijiet bħal dawn ilhom jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi s-snin. Uħud aktar minn seklu.
Is-Santwarju jaf in-numru eżatt tagħhom għax huma jirreġistraw il-grupp ħalli jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-Għar fejn dehret il-Madonna, knejjes u swali għal attivitajiet tagħhom. Ħafna minna nkunu f’kuntatt mas-Santwarju s-sena kollha mhux biss biex nibbukkjaw postijiet, iżda wkoll biex nagħmlu talbiet speċjali. Mill-1988, meta tlajt bl-ewwel grupp, s’issa rnexxieli nżomm relazzjoni tajba mhux biss mal-Uffiċċju tas-Servizzi tas-Santwarju, iżda wkoll mal-Uffiċċju Komunikazzjoni. Dan minbarra r-relazzjoni tajba li għandi mal-Uffiċċju tat-Turiżmu ta’ Lourdes.
Il-pellegrini individwali s-sena li għaddiet iffurmaw 80 fil-mija tal-viżitaturi tas-Santwarju. Dawn huma n-nies li jmorru Lourdes waħedhom jew mal-familji tagħhom għal ftit jiem jew biss għal ftit sigħat. Huma imbagħad jingħaqdu mal-folol kbar ta’ pellegrini fl-attivitajiet li jsiru fis-Santwarju b’diversi lingwi kuljum bħall-quddies u t-talba tar-rużarju fl-Għar u l-Quddiesa Internazzjonali fil-bażilka San Piju X nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd.
Pellegrini minn madwar 80 nazzjonalità ntlaqgħu fis-Santwarju fl-2025. Is-Santwarju ta’ Lourdes hu internazzjonali għax is-sempliċità u d-densità tal-messaġġ tiegħu jġibu flimkien folol minn kull pajjiż u sfond. Is-Santwarju jilqa’ lil kulħadd, lis-soċjetà kollha, irrispettivament mir-reliġjon, mill-kultura, mill-kulur tal-ġilda u mill-edukazzjoni tiegħu. Fis-Santwarju kulħadd se jsib dak li qed jew ilu jfittex.
Naqsam magħkom ċifri li għandi. Żaru s-Santwarju nies f’pellegrinaġġi organizzati fl-2019 – 445,000 (bdiet il-pandemija Covid-19), fl-2020 – 35,000 (kompliet il-pandemija), fl-2021 – 100,000, fl-2022 – 175,000, fl-2023 – 370,000 u fl-2024 – 410,000 persuna.
In-numru ta’ nies individwali li żaru s-Santwarju fl-2019 hu stmat li kien ta’ 3.5 miljun, fl-2020 – 800,000 (żmien il-pandemija Covid-19), fl-2021 – 1.6 miljun, 2022 – 2.7 miljun, fl-2023 – 3.1 miljun u fl-2024 – 3.2 miljun persuna.
Fl-istess snin, minbarra fis-sentejn tal-pandemija, żaru Lourdes madwar ħames miljun persuna kull sena.
GĦINUNI NGĦIN LIL ĦADDIEHOR
Intlabt intella’ miegħi Lourdes f’wieħed mill-gruppi li se mmexxi omm b’żewġt itfal li għaddejjin minn trawma kbira u single mother b’tifel bi problemi mentali. Napprezza kull donazzjoni. Jekk joġgħobkom ibgħatu d-donazzjoni tagħkom b’revolut fuq numru 79233264 jew ċempluli fuq l-istess numru. Grazzi.