Liġi li tiddiskrimina kontra nies ta’ fidi

Print Friendly, PDF & Email

Ittra ta’ ħames Isqfijiet Amerikani li huma chairmen ta’ kumitati differenti fi ħdan il-Konferenza tal-Isqfijiet tal-pajjiż bagħtu ittra lill-membri kollha tal-Kungress Amerikan nhar it-Tlieta 23 ta’ Frar fejn elenkaw it-tħassib tal-Knisja Kattolika dwar il-Liġi tal-Ugwaljanza li se tiġi vvutata fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Din hi liġi li fost miżuri oħra tiffavorixxi l-abort tant li se jkun jkun hemm taxxa għall-iffinanzjar ta’ min irid jagħmel abort. L-Isqfijiet għamlu enfasi li l-liġi tmur kontra d-dritt u l-kuxjenza tal-persuni u tiddiskrimina kontra n-nies li jemmnu. Se taffettwa karitajiet u ħidmiet oħra tal-Knisja u tillimita l-libertà tal-espressjoni.

L-Isqfijiet qalu li d-dinjità tal-bniedem hi ċentrali fit-twemmin Kattoliku għax kull persuna hi maħluqa fix-xbiha ta’ Alla u għandha tiġi ttrattata b’rispett u mogħdrija. L-Isqfijiet wissew li din il-Liġi tal-Ugwaljanza se ġġib ħafna diffikultajiet legali kemm fuq min jemmen kif ukoll min ma jmminx.

https://www.ncronline.org/news/politics/bishops-if-passed-equality-act-will-discriminate-against-people-faith

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: