Il-Papa Franġisku jasal l-Iraq

Illum il-Papa Franġisku beda it-33 Vjaġġ Apostoliku tiegħu fil-pajjiż tal-Lvant Nofsani, fl-Iraq. Din hija l-ewwel darba li Papa żar dan il-pajjiż. Jilqa’ lill-Papa Franġisku fuq it-tarmak tal-ajruport ta’ Bagdad kien hemm grupp t’awtoritajiet reliġjużi u politiċi li jirrappreżentaw il-ħafna realtajiet differenti tal-għamla diversa tal-Iraq, kif ukoll grupp ta’ ċittadini Iraqini u żewġt itfal fejn taw bukkett fjuri lill-Qdusija Tiegħu.

Id-delegazzjoni tal-merħba kienet tinkludi lin-Nunzju Appostoliku għall-Iraq, l-Arċisqof Mitja Leskovar, ir-rappreżentanti tal-Arkeparkija tal-Kaldea ta’ Bagdad, l-Arkeparkija Armena ta’ Bagdad, kif ukoll il-Prim Ministru tal-pajjiż, Mustafa Abdellatif Mshatat, u l-President tar-Repubblika u s-Sinjura tiegħu.

Matul it-titjira ta’ erba’ sigħat u nofs, il-Papa Franġisku sellem lill-74 ġurnalist minn 15-il pajjiż u li kienu qed jivvjaġġaw miegħu abbord l-ajruplan Alitalia A330. Il-Papa stqarr: “Ninsab kuntent li nibda l-vjaġġi tiegħi”, u ddeskriva din iż-żjara bħala “dmir lejn l-art li ilha martirizzata għal bosta snin.”

Skond il-protokoll, l-ewwel laqgħa uffiċjali li kellu l-Papa seħħet fil-Palazz Presidenzjali, billi għamel żjara ta’ kortesija u ltaqa’ privatament mal-President tal-Iraq, Barham Ahmed Salih Qassim.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-iraq-arrival-courtesy-visit-president-authorities.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.