Statwa tal-Verġni Marija profanata mill-ISIS ser titbierek mill-Papa Franġisku
Matul il-vjaġġ storiku tiegħu fl-Iraq, il-Papa Franġisku se jbierek statwa tal-Omm Imbierka li ġiet profanata mill-ISIS. Dan ser isir f’Quddiesa pubblika fi grawnd f’Erbil illum. Artiġjani esperti ilhom jaħdmu biex isewwu l-istatwa qabel iż-żjara papali.
Skont rapport mis-CNA, l-istatwa ġiet imtappna waqt l-okkupazzjoni tal-ISIS fil-Pjanura tan-Ninwe, mill-2014 sal-2017. L-istatwa tal-Madonna ġiet imħassra u idejha nqatgħu. Ir-ras ġiet irkuprata u ġiet imwaħħla mill-ġdid mal-istatwa, iżda l-idejn intilfu.
“Wara li titbierek, l-istatwa terġa’ lura fil-Pjanuri tan-Ninwe. It-tama tal-Insara lokali hija li l-Madonna dalwaqt tirritorna biex tgħannaq lil uliedha f’Karamles.”
Ir-rapport tas-SIR ikompli jinnota li l-Papa Franġisku se jiġi ppreżentat b’don ta’ arti fina. Hu se jirċievi pittura magħmula minn artist Iraqi espatrijat. Ix-xogħol juri lill-Papa Franġisku wieqaf bejn il-Bażilika ta’ San Pietru u ż-Żiggurat ta’ Ur, li jissimbolizza l-għaqda bejn Ruma u l-Iraq. F’saqajn il-Papa hemm passi fir-ramel li jirrappreżentaw il-vjaġġ tal-poplu t’Alla fl-Iraq u l-martri tagħhom. Karattri kuneiformi jitqiegħdu wkoll matul il-biċċa kollha bħala tfakkira li l-Iraq kien il-post fejn twieldet il-kelma miktuba.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://aleteia.org/2021/03/07/virgin-mary-statue-marred-by-isis-to-be-blessed-by-pope-francis/