Jum Nazzjonali ta’ Tolleranza u Koeżistenza fl-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

L-Iraq jiddikjara s-6 ta’ Marzu “Jum Nazzjonali ta’ Tolleranza u Koeżistenza”

Fi tweet, il-Prim Ministru tal-Iraq Mustafa al-Kadhimi ħabbar li s-6 ta’ Marzu se jsir “Jum Nazzjonali ta’ Tolleranza u Koeżistenza” fl-Iraq. Din l-aħbar ġiet wara l-laqgħa storika f’Najaf bejn l-Ayatollah il-Kbir Ali Al-Sistani u l-Papa Franġisku li saret is-Sibt filgħodu u l-laqgħa interreliġjuża fil-belt antika ta’ Ur aktar tard matul il-ġurnata.

Il-Kardinal Miguel Ángel Ayuso Guixot kien dejjem preżenti mal-Papa Franġisku għall-avvenimenti kollha tal-Vjaġġ Appostoliku tiegħu lejn l-Iraq.

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Vatikan għad-Djalogu Interreliġjuż esprima l-ferħ tiegħu dwar l-avvenimenti s’issa, speċjalment fl-akkumpanjament tal-Papa Franġisku għaż-żjara ta’ kortesija tiegħu fil-Grand Ayatollah Al-Sistani nhar is-Sibt.

F’intervista qasira ma’ Vatican News, il-Kardinal qal li l-Papa Franġisku kien kapaċi “jiskopri l-ospitalità kbira” offruta mill-Gran Ayatollah Sayyid Ali Al-Husayni Al-Sistani waqt iż-żjara storika fid-dar privata tiegħu nhar is-Sibt.

Matul il-laqgħa, huma setgħu jaqsmu perspettivi u jiġbdu l-attenzjoni għall-importanza tal-ħbiberija, r-rispett reċiproku u d-djalogu, sabiex in-nies kollha, rrispettivament mit-tradizzjoni etnika, kulturali jew reliġjuża tagħhom, ikunu jistgħu jgħixu flimkien fil-fratellanza u l-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/ayuso-joy-over-meeting-with-grand-ayatollah-al-sistani.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading