Il-Papa Franġisku: “Jien ukoll ninżel għarkubtejja fit-toroq tal-Mjanmar”

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku għal darb’oħra jagħmel appell mill-qalb għat-tmiem tal-vjolenza fil-Mjanmar hekk kif il-forzi tas-sigurtà qed ikomplu bir-ripressjoni brutali tagħhom kontra d-dimostranti li qed jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat.

“Għal darb’oħra u b’dieqa kbira nħoss l-urġenza li nevoka s-sitwazzjoni drammatika fil-Mjanmar, fejn tant nies, b’mod speċjali żgħażagħ, qed jitilfu ħajjithom biex joffru tama lil pajjiżhom,” qal il-Papa Franġisku fi tmiem l-Udjenza Ġenerali ta’ kull ġimgħa. “Jien ukoll ninżel għarkubtejja fit-toroq tal-Mjanmar u nitlob biex titwaqqaf il-vjolenza. Jien ukoll ngħolli jdejja u ngħid: ħallu d-djalogu jirbaħ”, qal il-Qdusija Tiegħu.

Ovvjament il-Papa kien qed jitkellem mix-xena qawwija tas-soru Kattolika tal-Mjanmar, Suor Ann Rosa Nu Tawng, li reċentament marret quddiem il-forzi tas-sigurtà u talbithom biex jieqfu milli jkomplu joqtlu aktar nies innoċenti li kienu qed jiddimostraw b’mod paċifiku. Din kienet xena qawwija li mhux skoraġġuta mill-periklu, s-soru Xaverjana ta’ 45 sena avviċinat il-puluzija.

Għalkemm hija ġiet ordnata biex titlaq immedjatament, is-soru baqgħet fl-art u qaltilhom: “Sparaw lili biss jekk tridu. Id-dimostranti m’għandhom l-ebda armi u qed juru biss ix-xewqa tagħhom b’mod paċifiku.”

Is-Santa Sede u l-Papa Franġisku, kif ukoll diversi mexxejja tal-Knisja Kattolika u konferenzi tal-isqfijiet minn madwar id-dinja, ilhom jappellaw għad-djalogu u l-paċi filwaqt li esprimew is-solidarjetà tagħhom mad-domanda leġittima tal-poplu biex jeħilsu lill-mexxejja eletti tagħhom u jerġgħu jdaħħlu d-demokrazija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-myanmar-appeal-general-audience-wednesdsay.html