Papa Franġisku jappella biex id-djalogu jirbaħ fuq il-vjolenza fil-Paragwaj

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-Erbgħa, l-Papa Franġisku esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni mimlija tensjoni fil-Paragwaj minħabba l-kriżi politika w tas-saħħa li qed tikber fin-nazzjon tal-Amerika t’Isfel. Huwa talab għall-paċi w d-djalogu, fejn il-protesti ta’ dawn l-aħħar jiem spiċċaw f’każijiet ta’ vjolenza.

Fil-konklużjoni tal-Udjenza Ġenerali tiegħu, l-Papa esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni w talab biex “permezz tal-interċessjoni tal-Madonna tal-Mirakli ta’ Caacupé”, santwarju Marjan fil-Paragwaj li hu żar f’Lulju tal-2015, tinstab it-triq tad-djalogu. “Nitlob lill-Mulej Ġesù, Prinċep tal-Paċi, biex tinstab triq ta’ djalogu sinċier u biex jinstabu soluzzjonijiet adegwati għad-diffikultajiet attwali.”

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal, li “d-djalogu sinċier”, huwa meħtieġ biex jingħeleb l-inkwiet vjolenti li huwa dejjem awto-distruttiv u fejn “xejn ma jinkiseb permezz tiegħu, imma jintilef ħafna, kultant kollox”. Id-djalogu w s-solidarjetà jistgħu jgħinu “nibnu flimkien ix-xewqa għall-paċi.”

Il-mexxejja tal-Knisja fil-Paragwaj kienu wkoll appellaw għall-kalma u talbu għal djalogu nazzjonali quddiem il-kriżi attwali agravata mill-infezzjonijiet tal-Covid li qed jiżdiedu w mill-istress ekonomiku kkawżat mill-pandemija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-on-paraguay-may-dialogue-prevail-over-violence.html

%d bloggers like this: