Seba’ reliġjużi fost il-vittmi tal-ħtif fil-Ħaiti

Skond uffiċjali tal-Knisja, nhar il-Ħadd li għadda, ħames saċerdoti Kattoliċi u żewġ sorijiet kienu parti minn grupp ta’ nies li ġew maħtufa fil-Ħaiti. Rapporti jindikaw li l-persuni maħtufa jinkludu ħames Ħaitjani u żewġ ċittadini Franċiżi – saċerdot u soru. Tliet persuni lajċi oħra ġew irrapurtati wkoll maħtufa fl-istess ħin.

L-inċident seħħ fil-muniċipalità ta’ Croix-des Bouqet, fil-grigal tal-kapitali ta’ Ħaiti, Port-au-Prince, waqt li l-grupp kien qed jipprepara biex jattendi għall-Quddiesa tal-Bidu tal-ħidma pastorali ta’ Kappillan ġdid. Rapporti separati jindikaw li s-suspettati tal-ħtif, li kienu parti minn gang armat, talbu l-flus għall-ħelsien tan-nies fil-Kustodja tagħhom.

“Dan huwa wisq,” qal l-Isqof Pierre-Andre Dumas ta’ Miraġoâne. “Wasal iż-żmien li dawn l-atti inumani jieqfu”. Il-Konferenza tar-Reliġjużi tal-Ħaiti esprimiet in-niket profond tagħha, iżda wkoll ir-rabja tagħha għas-sitwazzjoni, li l-grupp jgħid li ilha għaddejja għal aktar minn għaxar snin.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-04/haiti-kidnap-religious-insecurity-church.html