Il-Kardinal Ouellet dwar riflessjoni teoloġika dwar is-saċerdozju.

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tnejn, is-Santa Sede ospitat konferenza stampa biex tippreżenta Simpożju dwar it-teoloġija tas-saċerdozju li hu skedat li ser issir bejn is-17 u d-19 ta’ Frar 2022. Is-Simpożju Teoloġiku mmarkat “Lejn Teoloġija Fundamentali tas-Saċerdozju” se jesplora r-relazzjoni bejn il-vokazzjonijiet, is-saċerdozju ordnat u s-saċerdozju tal-Imgħammdin.

Dan is-Simpożju ġie preżentat mill-Kardinal Marc Ouellet, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, kif ukoll żewġ kelliema oħra, li pprovdew ir-raison d’être u l-isfond għall-avveniment li ġej.

“It-tema ewlenija hija r-relazzjoni bejn is-saċerdozju tal-imgħammdin u s-saċerdozju tal-ordinati”, spjega l-Kardinal Marc Ouellet f’intervista ma’ Christ Wells tal-Vatican News. “Il-Konċilju Vatikan II, itejjeb il-valur tas-saċerdozju tal-imgħammdin,” jinnota l-Kardinal. “Iżda tul it-triq fil-Knisja, aħna ma rriflettejniex biżżejjed fuq din il-kwistjoni mill-ekkleżjoloġija aktar profonda.” Għal din ir-raġuni, l-proposta hija “ekkleżjoloġija Trinitarja” li tista’ turi aħjar kif dawn iż-żewġ dimensjonijiet tas-saċerdozji ta’ Kristu huma integrati b’mod konkret fil-Knisja – bejn ministri, lajċi, miżżewġin u persuni kkonsagrati.

Fost iż-żminijiet diffiċli kkawżati minn emerġenza tas-saħħa tal-Covid-19 li għaddejja bħalissa, u “tensjonijiet” li ġġib magħha, l-Kardinal Ouellet saħaq li għandna bżonn riflessjoni teoloġika aktar profonda biex nifhmu l-Knisja bħala komunjoni. “Jekk irridu negħlbu t-tensjonijiet li huma aktar f’livell superfiċjali, għandna bżonn napprofondixxu l-fehim tagħna tal-misteru tal-Knisja, u l-preżenza tat-Trinità Qaddisa tal-Knisja,” huwa qal. Għandna wkoll neżaminaw “kif jaħdem mas-servizzi u l-ministeri konkreti, u l-fatt tal-komunità tal-imgħammdin.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-04/cardinal-ouellet-priesthood-symposium-reflection.html

%d bloggers like this: