Palazz għall-Fqar: dan jinsab eżatt ‘il barra mill-kolonnat ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dan il-palazz kien se jinbidel f’lukanda pretiġġjuża, imma l-Papa ried li dan il-palazz ikun dar għall-fqar, dar miftuħa lejl u nhar. Huwa kkalkulat li f’Ruma hemm madwar sitt elef jew iktar fqar li jgħixu fit-triq, u kultant imutu fit-triq.
Il-proprjetà li għandha 4 sulari għadha ġġorr l-sem tal-familja Rumana li bnietha fis-snin 1800: Palazzo Migliori – “L-Aħjar Palazz”.
Akkwistat mill-Vatikan fis-snin tletin, il-bini reċentement tbattal minn kongregazzjoni ta’ sorijiet reliġjużi.
Il-Papa Franġisku ordna personalment lill-Elimożinier tiegħu, il-Kardinal Konrad Krajewski, biex jibdlu f’post fejn in-nies bla dar u l-fqar ta’ Ruma jkunu jistgħu jorqdu, jieklu u jitgħallmu.
Din il-ħidma ta’ karità għandha l-istaff u hija mmexxija mill-Komunità ta’ Sant’Egidju.
F’komunikat, il-Kardinal Krajewski ddeskriva kif dan il-palazz se jintuża. Iż-żewġ sulari ta’ fuq huma dormitorji fejn madwar 50 raġel u mara jistgħu jorqdu, għalkemm jista’ jospita aktar nies meta t-temperaturi f’Ruma jkunu baxxi u l-ħtieġa tkun akbar. Dawk li jkunu f’dan il-palazz jingħataw kolazzjon u ċena fir-refettorju fit-2 sular.
Il-voluntiera se jkunu jistgħu jużaw il-kċina biex iħejju ikliet sħan biex jitqassmu filgħaxija lil dawk bla dar li jsibu kenn f’waħda mill-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ Ruma.
Matul il-ġurnata, iż-żewġ sulari t’isfel jipprovdu spazju għall-voluntiera biex jgħallmu lil dawk fil-bżonn kif jużaw il-kompjuter. Hemm ukoll spazju għall-qari, rikreazzjoni, u pariri psikoloġiċi.
Il-kumpanija tal-bini li rrewtawrat dan l-“Aħjar Palazz”, fuq talba tal-Papa, impjegat grupp ta’ nies bla saqaf fuq rashom. Din il-kumpanija tant kienet impressjonata bil-kwalità tax-xogħol ta’ dawn in-nies, li impjegathom magħha.
Sors: Vatican News
Rapport għal-Laikos minn Fr Roy Galdes