Leħen it-tfal fil-familja, leħen it-tfal fl-iskola, leħen it-tfal fis-soċjetà u leħen it-tfal fil-Knisja.
Tliet darbiet fis-sena, l-Kummissjoni Djoċesana Tfal tiltaqa’ mal-Arċisqof Charles J. Scicluna biex flimkien jiddiskutu suġġetti diversi.
Għalkemm f’dan iż-żmien ta’ pandemija, l-Arċisqof xorta reġa’ żamm l-appuntament tiegħu fejn għal darb’oħra il-laqgħa saret b’mod virtwali, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ April.
Il-membri tal-KDT għażlu bħala suġġett il-mistoqsija: Aħna għandna leħen?
Fejn qasmu dan it-titlu f’erba sezzjonijiet: Leħen it-tfal fil-familja, leħen it-tfal fl-iskola, leħen it-tfal fis-soċjetà u leħen it-tfal fil-Knisja. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Arċisqof irringrazzja bħas-soltu lit-tfal għax-xogħol tagħhom u esprima li dawn il-laqgħat iħallu fih ħafna tama u kuraġġ għall-ġejjieni.
Rapport għal-Laikos minn Glen Mercieca
