Il-Papa jħeġġeġ lil abbatini biex ikunu sinjal ta’ fidi fil-parroċċi tagħhom
Li tagħti servizz tiegħek fuq l-artal għandu jkun “professjoni ta’ fidi” għall-komunità parrokkjali kollha, hekk qal il-Papa Franġisku lil irġiel u nisa żgħażagħ abbatini li pparteċipaw fil-pellegrinaġġ annwali li sar ġewwa Fatima, l-Portugal.
“M’għandkomx isseġwu nies negattivi, imma wasslu d-dawl u t-tama li ġejjin minn Alla”, dan kitbu f’messagg li nqara fl-1 ta’ Mejju, hekk kif madwar elf abbati kienu miġbura fil-beraħ fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima.
“Kunu qaddisa. Kunu oriġinali”, kienet it-tema għall-25 edizzjoni tal-pellegrinaġġ nazzjonali tal-abbatini. Il-Papa talabhom biex joqgħodu partikolarment attenti meta jservu fil-Quddiesa biex dejjem iġibu ruħhom b’mod li “jkun jaqbel mas-servizz tal-affarijiet qaddisa,” speċjalment meta jkunu ħdejn l-artal, iżda wkoll meta jagħmlu s-sinjal tas-salib, jinżlu għarkupptejhom, jew qed jieħdu sehem fit-talb u fl-innijiet.
“Intom ġejtu mgħallma – u huwa veru – li fil-Quddiesa, dik il-biċċa żgħira ħobż (l-ostja) issir il-ġisem ta’ Kristu u l-inbid fil-kalċi jsir id-demm ta’ Kristu,” huwa qal. Meta taqdi fuq l-artal, “għajnejk ma jarawx lil Ġesù, imma qalbek u xofftejk jadurawh.” Il-Papa stqarr: “li dan huwa veru, Ġesù qiegħed hemm reali u perfett kif inhu fis-sema; u, meta jara lilek, għandu jagħraf anġlu.”
Il-Qdusija tiegħu ħeġġiġhom biex ipoġġu l-entużjażmu kollu tagħhom fil-laqgħa tagħhom ma’ Ġesù. “Offru lil Ġesù idejkom, il-ħsibijiet tagħkom u l-ħin tagħkom, u hu ma jonqosx milli jippremjakhom, jagħtikom il-ferħ veru u jġiegħlkom tħossukom fejn tinstab l-iktar kuntentizza sħiħa.”
Is-sejħa biex nimitaw il-qaddisin mhiex sejħa biex insiru “fotokopja” tagħhom, anzi hija sejħa biex inkunu bħalhom biex insibu “l-unika triq u speċifika” li Alla għandu għal kull persuna. “Tħallux lilkom infuskom taqgħu fil-medjokrità, li tħassarna u tagħmilna griżi”, kiteb il-Papa. “Il-ħajja mhiex griża. Il-ħajja għandha tippuntant lejn ideali grandjużi.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://cruxnow.com/vatican/2021/05/646394/