Livatino, martri tal-ġustizzja

Il-Papa jsejjaħ lill-Beatu Rosario Livatino bħala ‘martri tal-ġustizzja’.

Il-Papa Franġisku fakkar il-ħajja u l-martirju ta’ Rosario Angelo Livatino, li nhar il-Ħadd ġie beatifikat fil-gżira Taljana ta’ Sqallija.

Meta tkellem wara t-talba tar-Reġina Coeli nhar il-Ħadd, hu qal li l-maġistrat Sqalli kien “martri tal-ġustizzja u l-fidi.”

“Fis-servizz tiegħu għall-ġid komuni, bħala imħallef eżemplari li qatt ma ċeda għall-korruzzjoni, huwa pprova jiġġudika mhux biex jikkundanna imma biex jifdi,” qal il-Papa. “Ix-xogħol tiegħu poġġieh sew taħt il-protezzjoni t’Alla. Għal din ir-raġuni, huwa sar xhud tal-Evanġelju, anke sa mewt erojka.”

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lil kulħadd, speċjalment lill-maġistrati, biex iħarsu lejn l-eżempju tal-Beatu Rosario Livatino u biex jitgħallmu mingħandu kif ikunu “difensuri fidili tal-istat tad-dritt u tal-libertà.”

Il-Beatu Rosario kien imħallef Taljan li nqatel fl-1990 minn persuni armati mikrija taħt ordnijiet mill-kapijiet tal-gruppi tal-kriminalità organizzata Sqallija Stidda u Cosa Nostra.

Il-beatifikazzjoni tiegħu saret fil-Katidral ta’ Agrigento, u kienet preseduta mill-Kardinal Marcello Semeraro, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin. It-Tifkira tiegħu ser tibda ssir fid-29 t’ Ottubru.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-francis-beatification-rosario-livatino-mafia-corruption.html