Ħalli jixgħel id-dawl tiegħi

Din hija song sabiħa, bil-Franċiż imma hawn il-kliem bil-Malti, għalkemm mhux kelma b’kelma. Wieħed jista’ jisma’ s-song filwaqt li jsegwi t-talba bil-Malti. Fiha xi haġa li tressqek lejn Alla.

Ħalli jixgħel id-dawl tiegħi, f’dad-dlam li qed iżid
Illejla niġi nittallab il-ħobż, l-ilma u ż-żejt tiegħek.
Ħalli jixgħel id-dawl tiegħi sa ma niġi għandek,
Int biss tista’ tmexxini.

1.- Ixgħel f’qalbi il-fjamma tal-verità
Il-fjamma tiegħek, li xejn ma jista’ jitfiha,
La t-telfiet, la l-biżgħa u lanqas it-toqol tas-snin.
Ħalli l-pass tiegħi ifittex li jimxi lejk.

2.- Ixgħel f’għajnejja il-fjamma tal-purità
Il-fjamma tiegħek, li xejn ma jista’ jitfiha,
La t-toqol t’issa, lanqas il-futur xejn żgur,
U ħalli f’ħarsti tidher il-kjarezza tiegħek.

3.- Ixgħel f’idejja il-fjamma tal-ħlewwa
Il-fjamma tiegħek, li xejn ma jista’ jitfiha,
Xi ħaġa żgħira, moħbija, imħeġġa, forsi stramba,
Ħallini nkun naf kif inħaddan lill-oħrajn.

4.- Ixgħel f’ħajti il-fjamma tas- sbuħija,
il-fjamma tiegħek, li xejn ma jista’ jitfiha,
B’togħma ta’ mħabba u ta’ ħolmiet ġodda,
Ħalli t-triq tiegħi twassal sa ħdanek.

Ħajr lil Joe Galea tal-produzzjoni bil-Malti

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.