Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ nies bla dar

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ nies bla dar u refuġjati wara li raw id-dokumentarju ‘Francesco’

Fl-24 ta’ Mejju, l-Papa ltaqa’ ma’ grupp ta’ madwar 100 persuna, li ġew mistiedna biex jaraw id-dokumentarju “Francesco”, li kien taħt id-direzzjoni ta’ Evgeny Afineevsky.

Matteo Bruni, kap tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, qal li l-laqgħa saret fis-Sala Pawlu VI, fejn isiru l-Udjenzi Ġenerali. Huwa qal li dawk preżenti wara li raw id-dokumentarju iltaqgħu mal-Papa u ngħataw pakketti tal-ikel li ġew offruti mill-organizzaturi tal-Fondazzjoni Laudato Si.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/247774/pope-francis-meets-homeless-people-and-refugees-after-film-screening

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: