Il-Papa Franġisku sellem lil dawk li baqgħu ħajjin mill-Olokawst

Print Friendly, PDF & Email

Waqt it-tislijiet ta’ wara l-Udjenza Ġenerali, Lidia Maksymowicz, mara Pollakka ta’ oriġini Belarussjana u li baqgħet ħajja mill-kampijiet tal-konċentrament Nażista, uriet lill-Papa Franġisku tatù fuq driegħha bin-numru ‘70072’, in-numru meta kienet priġuniera ta’ Auschwitz. Il-Papa Franġisku ħares lejha għal ftit mumenti, mbagħad bies in-numru li wara 76 sena għadu jfakkarha kuljum fl-orrur li hi esperjenzat.  

“Mal-Qdusija Tiegħu, ma kellniex bżonn ta’ kliem, bil-ħarsa li tajna fhimna lil xilxin”, hekk stqarret Lidia. Issa qed tgħix fi Krakovja, u bħalissa qed iżżur l-Italja bħala mistiedna tal-għaqda Living Memory ta’ Catellamonte (Turin) biex taqsam l-istorja tagħha maż-żgħażagħ. Kif kienet ser tkun l-Italja, Lidia xtaqet li tiltaqa’ mal-Papa li tħobb ħafna: “Wara Ġwanni Pawlu II, inħobb lill-Papa Franġisku. Insegwi ċ-ċerimonji tiegħu permezz tat-Tv, nitlob kuljum għalih.”

Fil-ftit mumenti li kellha mal-Papa, Lidia ma kinitx kapaċi taqsam l-istorja tagħha miegħu. Iżda tagħtu tliet rigali li jissimbolizzaw dawk li issa huma l-pedamenti ta’ ħajjitha: l-memorja, t-tama, u t-talb. Memorja, rrappreżentata minn maktur bi strixxa blu u bajda bl-ittra ‘P’ għall-Polonja, fuq sfond trijangulari aħmar, li l-priġunieri Pollakki kollha jużaw f’ċerimonji ta’ tifkira. T-tama, ssimbolizzata minn stampa, miżbugħa mill-assistenta tagħha Renata  Rechlik, li hija tpinġija ta’ tifla, id f’id ma’ ommha, hekk kif jaraw mill-bogħod il-binarji li jwasslu għad-daħla tal-kamp ta’ Birkenau u li jimmarka l-bidu tas-sena u tmiem għal miljuni ta’ Lhud u priġunieri oħra. Fl-aħħarnett, it-talb; f’idejn il-Papa, Lidia poġġiet kuruna tar-Rużarju bix-xbieha ta’ San Ġwann Pawlu II, imbierka mill-parrinu tagħha Dun Dariusz. “Dik li nuża kuljum biex nitlob.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-francis-greets-holocaust-survivor-at-general-audience.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading