Il-Papa wara t-talba tal-Angelus

Il-Papa jitlob għall-vittmi tat-tħaddim tat-tfal, għall-migranti li jmutu fil-baħar u għar-reġjun tat-Tigray tal-Etjopja

Nhar il-Ħadd, waqt l-indirizz tiegħu lill-fidili miġbura fi Pjazza San Pietru għall-Anġelus, il-Papa Franġisku dawwar il-ħsibijiet tiegħu lejn in-nies li qed ibatu fir-reġjun tat-Tigray tal-Etjopja “li qed ibatu minn kriżi umanitarja serja li tista’ tesponi lill-ifqar għall-ġuħ”.

Il-Papa wissa li diġà hemm ġuħ fir-reġjun. “Ejjew nitolbu flimkien biex il-vjolenza tieqaf minnufih, li l-ikel u l-kura tas-saħħa jkunu garantiti għal kulħadd, u li l-armonija soċjali terġa’ tiġi restawrata kemm jista’ jkun malajr”, qal. Il-Papa mbagħad irringrazzja lil dawk kollha “li jaħdmu biex itaffu t-tbatija tan-nies”.

Il-Papa Franġisku kompla billi fakkar li s-Sibt kien l-Jum Dinji kontra t-Tħaddim tat-Tfal. “Mhuwiex possibbli li ngħalqu għajnejna għall-isfruttament tat-tfal, imċaħħda mid-dritt li jilgħabu, li jistudjaw u li joħlomu, qal il-Papa. Huwa qal li skont stimi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, hemm aktar minn 150 miljun tifel u tifla sfruttati għax-xogħol illum – traġedja! “150 miljun: bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-abitanti kollha ta’ Spanja, flimkien ma’ Franza u flimkien mal-Italja”, żied jgħid. “Ejjew inġeddu lkoll flimkien l-isforz biex neqirdu din l-iskjavitù ta’ żminijietna”, temm il-Papa.

Il-Papa mbagħad talab għall-bosta traġedji li qed jkomplu jseħħu fuq il-Baħar Mediterran. Huwa nnota li l-Ħadd li għadda waranofsinhar, kienet ser issir ċerimonja f’Augusta, Sqallija, biex jinġibu lura l-fdalijiet tad-dgħajsa wara n-nawfraġju li seħħ fit-18 t’April, 2015”. “Jalla dan is-simbolu ta’ tant traġedji tal-Baħar Mediterran ikompli jisfidaw l-kuxjenza ta’ kulħadd u jrawwem tkabbir t’umanità li tappoġġa aktar, li tkisser il-ħajt ta’ l-indifferenza”, qal il-Papa. Ejja naħsbu dwarha: il-Mediterran sar l-akbar ċimiterju fl-Ewropa.

Meta kkonkluda l-appelli tiegħu, l-Papa Franġisku nnota li Tnejn hu Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. “Nirringrazzja mill-qalb lill-voluntiera u nħeġġiġhom ikomplu l-ħidma tagħhom, billi jagħtu xhieda tal-valuri tal-ġenerożità u l-gratwità”, qal il-Papa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-06/pope-francis-appeal-tigray-angelus.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.