Il-Papa Franġisku jirritorna l-Vatikan wara l-operazzjoni

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku rritorna fil-Vatikan llum wara li qatta’ 11-il jum fl-isptar ta’ Ruma biex jirkupra mill-operazzjoni li saritlu. Dan ġie mħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Vatikan li tgħid li l-Papa Franġisku ħareġ mill-Isptar Gemelli ftit wara l-10:30 a.m. ħin ta’ Ruma u rritorna fir-residenza tiegħu tal-Vatikan bil-karozza.

Fi triqtu lejn id-dar, il-Papa waqaf jitlob fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggore. Skont il-kelliem tal-Vatikan Matteo Bruni, l-Papa żar l-ikona Marjana Salus Populi Romani, li quddiemha “esprima l-gratitudni tiegħu għas-suċċess tal-operazzjoni tiegħu u offra talb għall-morda kollha, speċjalment dawk li kien iltaqa’ magħhom matul il-waqfa tiegħu fl-isptar.”

Il-Papa imbagħad wasal Santa Marta, ftit qabel nofsinhar.

Waqt li kien l-isptar, huwa qatta’ ħin jaqra, jagħmel xi xogħol, jimxi fil-kurituri, u jiċċelebra Quddiesa f’kappella privata.

Fit-13 ta’ Lulju, wara nofsinhar, huwa għamel żjara fid-Dipartiment tal-Onkoloġija Pedjatrika fl-10 sular tal-isptar. Hemmhekk il-Papa ġie milquħ b’ċapċip minn dawk ġos-sala fejn imbagħad huwa bierek lit-tfal li kienu qed jingħataw il-kura.

Waqt li kien l-isptar, il-Papa kien qiegħed f’sala riservat għal emerġenzi mediċi papali, fl-istess sala fejn San Ġwanni Pawlu II qagħad waqt id-diversi trattamenti li kien ħa matul l-pontifikat tiegħu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/248366/pope-francis-returns-to-vatican-after-colon-surgery

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.