Il-Papa Franġisku esprima d-dieqa tiegħu minħabba n-nirien f’sala t’iżolazzjoni tal-Covid fl-isptar Iraqin al-Hussein ġewwa Nasiriyah u offra talb għall-vittmi u l-familji u l-ħbieb tagħhom li qed jibku t-telfa tagħhom.
F’telegramma mibgħuta mis-Segretarju tal-Istat lill-Arċisqof Mitja Leskovar, Nunzju Appostoliku fl-Iraq, il-Papa “jibgħat l-assigurazzjoni tal-qrubija spiritwali tiegħu lil dawk kollha milquta min-nirien traġiċi fis-sala t’iżolazzjoni tal-Covid fl-isptar al-Hussein fin-Nasiriyah. B’sogħba kbira, huwa jitlob speċjalment għal dawk li mietu u għal faraġ tal-familji u l-ħbieb tagħhom li qed jibku t-telfa tagħhom.”
It-telegramma tikkonkludi, “Fuq il-pazjenti, l-istaff u dawk li jieħdu ħsiebhom ninvoka l-barkiet t’Alla ta’ konsolazzjoni, saħħa u paċi.”
Huwa maħsub li għexieren ta’ nies mietu fis-sala tal-isptar tal-koronavirus li jinsab fin-nofsinhar tal-Iraq. Iktar minn mija ndarbu. Il-faċilità kienet għadha kemm fetħet tliet xhur ilu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-prays-for-victims-of-fire-in-iraqi-hospital.html