Atleta li kliemha jirrifletti l-fidi tagħha

Print Friendly, PDF & Email

Ir-rekords jiġu u jmorru, il-glorja ta’ Alla hi eterna.

Din iż-żagħżugħa ta’ 21 sena hi l-unika mara fl-istorja li ġriet taħt it-52 sekonda t-tellieqa tal-ostakli tal-400 metru tan-nisa.

Sydney McLaughlin kisret ir-rekord tad-dinja fl-Olimpjadi ta’ Tokjo u rċeviet il-midalja tad-deheb.

Hi waħda mill-aktar uċuh famużi tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ atleti li jtellqu fid-dawra tal-grawnd u fit-triq. Sydney McLaughlin kisret ir-rekord tad-dinja fl-Olimpjadi ta’ Tokjo u rċeviet il-midalja tad-deheb. Kliemha jirrifletti l-fidi tagħha, kif qalet b’kuraġġ: “Ir-rekords jiġu u jmorru, il-glorja ta’ Alla hi eterna.” U: “M’għadnix intellaq biex inkun magħrufa, imma biex nirrifletti l-volontà perfetta ta’ Alla. li hi minquxa fil-ġebel. Ma jixraqli xejn, imma bil-grazzja, permezz tal-fidi, Ġesù tani kollox..”

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.