Appell tal-Papa għal-Libanu

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jappella għal-Libanu fl-ewwel anniversarju tal-isplużjoni ta’ Bejrut

Il-Papa Franġisku matul l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull ġimgħa appella għal dak li sejjaħ,“il-pajjiż maħbub tal-Libanu.”

Nhar l-Erbgħa, waqt li kien qed jindirizza l-pellegrini fis-sala Pawlu VI, il-Papa qal li qed jaħseb fil-pajjiż “sena wara l-isplużjoni terribbli tal-port fil-kapitali tagħha, Beirut, bl-ammont ta’ mwiet u qerda tagħha. Naħseb fuq kollox fil-vittmi u l-familji tagħhom, il-ħafna midruba, u dawk li tilfu djarhom u l-għixien tagħhom.

Fl-4 t’Awwissu tas-sena li għaddiet splużjoni f’Bejrut, ħadet minn 2,750 tunnellata ta’ nitrat tal-ammonju; fejn qatlet aktar minn 200 persuna u aktar minn 300,000 persuna kellhom jitilqu mill-pajjiż.

F’Lulju ta’ din is-sena, l-Papa ltaqa’ ma’ mexxejja Nsara Libaniżi fil-Vatikan.

Meta tkellem dwar dan, il-Papa Franġisku qal li “Matul il-Jum ta’ Talb u Riflessjoni għal-Libanu fl-1 ta’ Lulju li għadda, flimkien mal-mexxejja reliġjużi Nsara, lkoll kemm aħna smajna t-tamiet u l-aspirazzjonijiet, il-frustrazzjonijiet u l-għejja tal-poplu Libaniż, u tlabna għar-rigal ta’ tama t’Alla biex tinegħleb din il-kriżi diffiċli.”

Fi kliemu, l-Papa appella wkoll “lill-komunità internazzjonali biex toffri għajnuna konkreta lil-Libanu biex tagħmel vjaġġ ta“qawmien”. Hija t-tama tiegħi li l-Konferenza Internazzjonali attwali ospitata minn Franza bl-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti tkun produttiva f’dan ir-rigward,” huwa qal.

Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku esprima x-xewqa tiegħu li jżur il-pajjiż.

“Jien inkompli nitlob għalikom,” huwa qal, “sabiex il-Libanu jerġa’ jkun messaġġ ta’ paċi u fraternità għall-Lvant Nofsani kollu.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-appeals-for-lebanon-on-first-anniversary-of-beirut.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: