Il-Papa Franġisku jgħid l-intenzjoni ta’ talb għax-xahar ta’ Awwissu, u jistieden lil kulħadd biex jaħdem għal trasformazzjoni tal-Knisja – xogħol li jibda b’ “riforma tagħna nfusna” permezz ta’ esperjenza ta’ talb, karità u servizz, ispirata mill-Ispirtu s-Santu.

Fil-messaġġ awdjo-viżiv, l-Papa Franġisku jfakkar lill-fidili li “l-vokazzjoni tal-Knisja hija l-evanġelizzazzjoni,” u saħansitra aktar, “l-identità tal-Knisja hija l-evanġelizzazzjoni.”
F’dan ix-xahar, il-Papa jirrifletti fuq is-sitwazzjoni tal-Knisja, l-vokazzjoni tagħha u l-identità tagħha, u jsejħilna biex inġedduha “billi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, niddixxernu r-rieda t’Alla”, u “nibdew trasformazzjoni ggwidata mill-Ispirtu s-Santu.”
“Ir-riforma tagħna stess bħala persuni hija dik ta’ trasformazzjoni,” qal il-Papa. Dan jippermetti lill-“Ispirtu s-Santu, d-don t’Alla f’qalbna, li jfakkarna dak li għallem Ġesù u jgħinna nwettquh fil-prattika.”
Meta kkonkluda l-messaġġ bil-vidjo, il-Qdusija Tiegħu stieden lil kulħadd biex jitlob għall-Knisja, “biex tirċievi mill-Ispirtu s-Santu l-grazzja u l-qawwa biex tirriforma ruħha fid-dawl tal-Vanġelu.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-prayer-intention-august-church-way.html