X’sens fiha l-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija?

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija jfakkarna li l-vokazzjoni tagħna hi li jkollna sehem mill-ħajja ta’ Alla. Għalhekk li n-nifs ta’ Alla li bih ta l-ħajja lill-ewwel raġel u mara mmarka l-umanità fuq ix-xbieha ta’ Alla. Il-Knisja tgħallimna li Alla jsalva l-persuna kollha tagħna, ġisem u ruħ.

Ir-ruħ ta’ Marija kellha x’jagħżilha mill-bqija tal-bnedmin hekk li t-tradizzjoni u t-tagħlim tal-Knisja jkellmuna dwar il-konċepiment immakulat tagħha. Il-ġisem tagħha, bħal tagħna, kellu l-marka taż-żmien, tal-qadi, tat-tbatija u forsi tal-mard.

It-Tlugħ is-Sema ta’ Marija jikkonferma d-destin glorjuż tar-ruħ u tal-ġisem tagħna, bil-limiti ta’ kull wieħed u waħda minna. Il-qawmien mill-imwiet hu punt ċentrali tal-fidi tagħna.

Meta niċċelebraw din il-festa għandna l-okkażjoni li naċċettaw l-istedina biex naqdu u nfaħħru lil Alla b’dak kollu li aħna, ġisem u ruħ. B’dan ukoll naqdu lill-oħrajn. Inkunu qed inġeddu fina l-ferħ meta nafu li aħna msejħin għal dak li Alla lesta għal dawk li jħobbuh.

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.