Il-Papa dwar il-letteratura u l-arti

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jappella biex il-letteratura u l-arti m’għandhomx jisfruttaw ix-xogħol tal-iskjavi

Maurizio Maggiani, awtur Taljan li jikteb r-rumanzi, reċentement skopra li l-kotba tiegħu li huma stampati fil-Pakistan kienu qed jisfruttaw in-nies f’kundizzjonijiet simili għall-iskjavi.

Il-kittieb Ligurian kiteb ittra miftuħa lill-Papa Franġisku, li ġiet ippubblikata fuq is-sit tal-aħbarijiet online ‘Il Secolo XIX’, fejn staqsa: “Ta’ min jipproduċi sbuħija, grazzi għax-xogħol tal-iskjavi?” L-Papa Franġisku laqgħa l-istedina u kiteb ittra, li ġiet wkoll ippubblikata nhar il-Ġimgħa fuq l-istess websajt.

Fl-ittra ddatata d-9 t’Awwissu, l-Papa faħħar lil Maurizio Maggiani, biex b’kuraġġ ikkonfronta problema li “ħafna kienu jżommu s-silenzju dwarha”. “L-kliem tiegħek laqatni”, kiteb il-Papa. “Tiegħek mhijiex mistoqsija fiergħha, għaliex dak li hemm fil-periklu hija d-dinjità tal-bniedem, dinjità li llum hija spiss wisq u faċilment mitfugħa permezz tal-iskjavi ‘u l-kumpliċità’ siekta ta’ ħafna nies”.

Il-Papa Franġisku qal li l-mistoqisja ta’ Maggiani kixfet punt saħansitra aktar impressjonanti. “Anke l-letteratura – ħobż ta’ ruħ u espressjoni tal-ispirtu uman – hija kilba ta’ sfruttament li jseħħ fid-dellijiet, u jneħħi l-uċuħ u l-ismijiet”. Il-Qdusija Tiegħu qal li jaħseb li “l-pubblikazzjoni ta’ testi sbieħ u edifikanti, waqt li toħloq inġustizzji, hija att inġust b’mod inerenti”. “U għal Nisrani”, żied jgħid, “kull forma ta’ sfruttament huwa dnub”.

Il-Papa ħeġġeġ lil Maggiani, flimkien ma’ dawk kollha fil-qasam tal-letteratura, biex jieħdu azzjoni kontra l-prattika li jużaw ix-xogħol tal-iskjavi biex jistampaw il-kotba. “Madankollu, l-pinna – jew it-tastiera tal-kompjuter – toffrilna possibbiltà oħra: dik li tirrapporta u tikteb affarijiet skomdi li jistgħu jħarbtuna mill-indifferenza biex iqanqlu l-kuxjenzi”.

Il-Papa Franġisku żied jgħid li jħobb lil Dostoevskij kemm għas-sens reliġjuż tiegħu, kif ukoll għad-drawwa tiegħu li jikteb dwar “ħajjiet umiljati, mnikkta u l-faqar”. Il-Papa faħħar ukoll li Maggiani għandu wkoll din l-inklinazzjoni u li “jpoġġi l-vuċi nkonvenjenti tal-kuxjenza bl-iswed fuq l-abjad”.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika talab lil kulħadd biex “jirrinunzjaw” – mhux ix-xogħlijiet kulturali u letteratura – iżda “l-attitudnijiet u vantaġġi li … niskopru li jippromwovu makkinarju pervers ta’ sfruttament, li jagħmlu ħsara lid-dinjità ta’ ħutna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-letter-italian-writer-maggiani-slave-labor.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.