Il-Papa jagħti l-appoġġ tiegħu fil-ġlieda kontra l-Covid-19 f’Eswatini
Il-Papa Franġisku għamel donazzjoni ta’ żewġ ventilaturi portabbli bi stands, għaxar kaxxi ta’ maskri kirurġiċi, 10 kaxxi ta’ maskri N95 u puls monitors lill-Isptar Kattoliku ‘The Good Shepherd’, f’Siteki, Eswatini, biex jgħin fl-isforzi kontinwi fil-ġlieda kontra l-Covid-19.
Waqt li esprima gratitudni għar-rigal tal-Papa, nhar l-Erbgha, f’post fuq blog, l-Isqof José Luis de León, tad-djoċesi waħedha tal-pajjiż, Manzini, enfasizza “r-rwol attiv u t-tmexxija”, tal-Qdusija tiegħu mill-bidu tal-pandemija.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-donation-eswatini-ventilator-ponce-de-leon-hospital.html