Ġwanni Pawlu II lill-Bdiewa

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-PAKISTAN, IL-FILIPPINI,
GUAM (USA), IL-ĠAPPUN U ANCHORAGE (USA)
QUDDIESA GĦALL-BDIEWA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Legazpi City (Filippini), 21 ta’ Frar 1981

Għeżież ħut,

1. Il-qari tal-liturġija tallum, isimgħu fuq l-isfond tal-isplendidu Mayon tagħkom, jassumi sinifikat speċjali u ċarezza brillanti. Il-kant kważi perfett tal-Mayon jaċċentwa l-verdett ta’ perfezzjoni ppronunzjat minn Alla rigward il-ħolqien tiegħu.

Imma mhijiex biss is-sbuħija tal-ħolqien li tiġi rrikordjatha mill-Mayon. Il-forma tiegħu ġġegħlna naħsbu dwar idejn lesti f’atteġġjament ta’ iżżi ħajr u ta’ aċċettazzjoni: iżżi ħajr għad-don tal-art lill-poplu kollu, u aċċettazzjoni li nitfgħu fiha l-isforz uman tax-xogħol.

Stennejt bla sabar li niltaqà magħkom biex nagħtikom dan il-messaġġ doppju: l-art bħala don ta’ Alla lill-bnedmin kollha, u l-misteru meraviljuż tax-xogħol.

2. Għaliex propju lilkom, għeżież bdiewa? Għaliex intom important u għandkom post speċjali fil-pjan ta’ Alla għad-dinja:  intom tfornu ikel għal dawk kollha li jixbħukom. Dan huwa dmir li jixraqlu l-apprezzament u l-gratitudni ta’ kulħadd; huwa dmir li jixraqlu l-għarfien tad-dinjità ta’ dawk li mpenjaw ruħhom. Għandkom d-dritt kollu li tistennew mela mingħand il-Papa, li huwa missirkom, ħukom u qaddej fi Kristu, kelma ta’ nkuraġġiment u ta’ tama, ta’ gwida u ta’ sosten.

Imma xtaqt b’mod hekk imħeġġeġ li niltaqà magħkom mhux għal dan il-mottiv biss, imma wkoll biex nipproklama l-valuri mportanti li għalihom il-ħajja tagħkom tirrendi xhieda. Ix-xogħol rurali jippossiedi verament ċertu rikkezzi umani u reliġjużi nvidjabbli: imħabba radikata b’mod profond tal-familja u tal-paċi, sens reliġjuż, apprezzament tal-ħbiberija, fiduċja u ftuħ lejn Alla, u devozzjoni lejn il-Beata Verġni Marija, partikolarment fil-każ tagħkom taħt it-titlu ta’ isSinjura Tagħna ta’ Penafrancia.

Ma teżaltawx jewwilla intom dawn il-valuri meta tkantaw:
“Kung ang hanap mo ay ligaya sa buhay” (Jekk tfittex il-ferħ fol-ħajja)
“Sa libis ng nayon doon manirahan” (mur għix fil-kampanja).

“Taga-bukid man ay may gintong kalooban” (huma biewa, imma għandhom qalb tad-deheb),
Kayamanan at dangal ng kabukiran (teżor u  kburija tar-razzett)?

Dan huwa tribut meritat ta’ rikonoxximent li l-Papa jixtieq jesprimilkom, għaliex is-soċjeta hija tassew midjuna magħkom. Grazzi, għeżież bdiewa, tal-kontribut prezzjuż tagħkom għall-ġid soċjali tal-bnedmin; is-soċjetà hija tassew obligata lejkom.

3. I-kontribut speċifiku tagħkom lis-soċjetà jibbaża ruħu fuq l-għarfien profond u ħaj li l-art hija don ta’ Alla, don li Hu jagħti lill-bnedmin kollha. Li Hu jixtieq jara magħqudin mill-ġdid biex jiffurmaw familja waħda u jitrattaw lil xulxin bħala aħwa (cf. Gaudium et Spes, 24).

Ma jiġix jewwilla enfasizzat dan id-don fl-ewwel kapitoli tal-Ġenesi? “U Alla qal: “Araw, jiena nagħtikom kull xorta ta’ ħxejjex li jipproduċu ż-żerriegħa u kull xorta ta’ siġra li f’kollha hemm il-frotta li tipproduċi ż-żerriegħa: dawn ikunu l-ikel tagħkom”” (Ġen 1,29). L-art tappartieni lill-bniedem għaliex Alla afdaha lill-bniedem, u bix-xogħol tiegħu l-bniedem  irażżanha u jġiegħlha tagħti l-frott (cf. Ġen 1,28).

Imma x’jiġri? Li mhix rieda ta’ Alla – mhuwiex skont il-pjan tiegħu – li dan id-don ikun użat b’tali mod li l-benefiċċji tiegħu imorru għall-vantaġġ biss ta’ ftit, waqt li oħrajn, il-maġġoranza l-kbira ikunu mħollijin barra. U meta din il-maġġoranza l-kbira tkun b’mod effettiv imħollija barra milli taqsam il-benefiċċji tal-art, u allura kkundannata għal stat ta’ nuqqas ta’ ikel, ta’ faqar u ta’ ħajja fil-limitu tal-insuffiċjenza, il-ħaġa ssir b’mod estrem gravi.

F’dan il-każ infatti l-art ma sservix għad-dinjità tal-persuna umana, il-persuna umana msejħa għall-milja tal-ħajja fi Kristu Ġesù! Imma huwa propju dan li intom u għandkom dejjem tkomplu tkunu, għal għajnejkom u għall-għajnejn l-oħrajn, fit-tejorija u fil-prattika. Konsegwentement għandkom tkunu kapaċi twettqu l-ħiliet umani tagħkom, ħiliet li “tkunu aħjar”.

Għandkom id-dritt li tgħixu u tkunu ttrattati b’mod kompjaċenti mad-dinjità umana tagħkom, fl-istess ħin għandkom l-istess dmir li tittrattaw lill-oħrajn bl-istess mod. Mela għandkom tkunu kapaċi li tiksbu minn xogħlkom fl-irziezet il-mezzi meħtieġa u suffiċjenti biex twieġbu għar-responsabiltajiet familjari u soċjali tagħkom b’mod uman u nisrani validu.

4. Fil-“ktieb tal-Ġenesi” naraw li “il-Mulej Alla qabad il-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden sabiex jikkultivah u jgħassu” (Ġen 2,15). U fil-qari tagħna tallum smajna l-amar ta’ Alla: “Imlew l-art u rażżnuha; u ddominaw il-ħolqien (cf. Ġen 1,28). Xi jgħidu dawn it-testi? Il-lingwaġġ ċar tal-Bibbja jgħidilna li hija rieda tal-Ħallieq tagħna li l-bniedem jikkomunika man-natura bħala sid u għassies intelliġenti u nobbli, u mhux bħala sfruttatur bla kont. Huwa dan li rridu nifhmu meta jiġi migħud lilna biex “inrażżnu”, “nikkultivaw” l-art: il-prinċipju li jiddetta l-linja tal-azzjoni obligatorja għal dawk kollha li huma responsabbli tal-problema tal-art u interessati fiha: persuni nvestiti b’awtorità pubblika, tekniċi, imprendituri u ħaddiema.

Waqt li niġbed l-attenzjoni hawn għal dak li għidt f’okkażjoni oħra, imma waqt li naddattah għalikom u għal Pajjiżkom, irrid inħeġġiġkom biex tikkultivaw l-art tal-Filippini maħbubin tagħkom u biex tikkonservawha. Agħmlu teżor mill-ġid tan-natura, assikuraw ruħkom li jagħtu iktar favur il-bniedem, il-bniedem tallum u ta’ dak ta’ għada.

Rigward l-użu tal-art bħala don ta’ Alla huwa meħtieġ li tippreokkiupaw ruħkom ħafna dwar il-ġenerazzjonijiet futuri, ħallsu l-prezz tal-awsterità biex ma tindebolixxux jew tnaqqsu, u agħar iktar tirrendu insostenibbli l-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. Il-ġustizzja u l-umanità jesiġu wkoll dan (cf. Ġwanni Pawlu II, Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II, III, 2 [1980] 184).

5. It-tweġiba tagħna għad-don ta’ Alla issir permezz tal-isforz u x-xogħol tal-bniedem. Dawn jikkaratterizzaw it-taqtigħa tal-bniedem fiż-żmien u fl-ispazju biex irażżan in-natura; dawn huma l-argumenti tal-messaġġ tiegħi lilkom. Għeżież ħaddiema tiegħi, mexxejja ta’ tliet ċikli u jespponi. Inħoss ferħ profond meta niltaqà mal-ħaddiema bħalkom, għaliex niftakar f’dawk is-snin ta’ żgħożiti meta jien kont qiegħed nisperimenta il-kobor u s-severità, is-sigħat feliċi u l-waqtiet ta’ ansjetà, is-suċċessi u l-frustrazzjonijiet li huma marbutin mal-kondizzjonijiet tal-ħaddiem. Mela niżżikom ħajr talli offrejtuli l-okkażjoni li niltaqà magħkom.

Ejjew nirriflettu fuq id-dinjità tax-xogħol, in-nobiltà tax-xogħol. Veru li jmissni nkellimkom? Intom tafu d-dinjità u n-nobiltà tax-xogħol tagħkom intom li taħdmu biex tgħixu, biex temeljoraw ħajjitkom, biex tipprovdu għas-sosteniment, għall-edukazzjoni u għall-benesseri ta’ wliedkom. Ix-xogħol tagħkom huwa nobbli għaliex huwa servizz lill-familji tagħkom u lill-komunità mwessgħa, li hija s-soċjetà. Ix-xogħol huwa servizz li fih il-bniedem stess jikber fil-qies li fih jirregala lilu nnifsu għall-oħrajn.

6. Għal dan il-mottiv preokkupazzjoni fundamentali ta’ kulħadd indistintament – diriġenti, sindakalisti u bnedmin tan-negozju – għandha tkun din: tagħti x-xogħol lil kull wieħed u waħda. Imma hemm mottiv iktar profond li għalih kull bniedem għandu dritt għax-xogħol, u biex  ikun kapaċi li jwettaq interament il-vokazzjoni umana tiegħu, jiġifieri jsir fi Kristu koħallieq ma’ Alla. Il-bniedem isir pjenament iktar bniedem permezz tax-xogħol aċċettat u mwettaq b’mod liberu. Ix-xogħol mhuwiex kastig, imma unur. Sar diffiċli u fatikuż biss b’konsegwenza tad-dnub: “Bil-għaraq ta’ ġbinek tiekol il-ħobż” (Ġen 3,19), imma jżomm dejjem id-dinjità eżaltanti tiegħu.

Ejjew ma nqarrqux bina nfusna. Li tforni xogħol jew impjieg mhix ħaġa li neħduha biċ-ċajt, jew li nqisu bħala aspett sekondarju tal-ordni ekonomika u tal-iżvilupp. Għandu jkun element ċentrali fl-oġġettivi tat-tejorija u tal-prassi ekonomika.

7.Imma l-ġustizzja ma tirrikjedix impieg biss. Il-ġustizzja tesiġi wkoll li l-ħaddiema jingħataw salarju suffiċjenti u jmantnu lill-familji tagħhom b’mod li jixraq lid-dinjità umana.

Jirrikjedi wkoll li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu l-iktar denji possibbli, u li s-sikurezza soċjali tkun ipperfezzjonata, b’mod li tippermetti lil lkulħadd bażi ta’ solidarjetà maġġuri, li jiffaċċjaw riskji, sitwazzjonijiet diffiċli u kontribuzzjonjiet soċjali; li s-salarji jiġu regolati fil-forom komplementari differenti tagħhom; li l-ħaddiema jkollhom sehem reali u ġust fir-rikkezza li huma jikkontribwixxu biex jipproduċu fl-ażjendi, fil-professjonijiet u fl-ekonomija nazzjonali.

Tistgħu tibqgħu ċerti li l-Papa tagħkom huwa magħkom f’dak li jirrigwarda din u talbiet simili, għaliex hawn hemm fin-nofs il-bniedem u d-dinjità tiegħu.

Għad hemm bosta riflessjonijiet oħra li rrid nagħmel flimkien magħkom. Għeżież ħuti. Imma hemm bżonn inkomplu s-Sagrifiċċju mqaddes tal-Quddiesa. Imma qabel, iżda, ppermettuli għal darb’oħra li nagħmel appell: la tinsew qatt id-dinjità kbira li intom, bħala esseri umani u bħala nsara, għandkom twettqu x-xogħol tagħkom, ukoll jekk hu l-iktar umli, ukoll jekk hu l-iktar insinifikanti. Tħallux ix-xogħol ibaxxikom, imma fittxu pjuttost li tgħixu għal kollox id-dinità vera tagħkom, skont il-kelma ta’ Alla u t-tagħlim tal-Knisja. Iva, mill-punt di vista tal-fidi, ix-xogħol jikkorrispondi mar-rieda ta Alla Ħallieq. Jagħmel parti mill-pjan ta’ Alla għall-bniedem u għat-twettiq tal-persuna umana: bix-xogħol jingħata lill-bniedem sehem fix-xogħol ta’ Alla, li huwa l-ħolqien. U mill-punt di vista tal-fidi, ix-xogħol huwa nobilitat b’mod immens minn Ġesù Kristu, Redentur tal-bniedem.

Bix-xogħol tiegħu ta’ mastrudaxxa ġo Nażżaret u bil-ħafna xogħlijiet oħra tiegħu Huwa qaddes ix-xogħol kollu uman, waqt li b’dan il-mod ikkonċeda lill-ħaddiema solidarjetà speċjali miegħu nnifsu u billi lilhom tahom sehem fix-xogħol tiegħu feddej intenzjonat biex jgħolli l-umanità, jibdel is-soċjetà u jiggwida d-dinja għat-tifħir ta’ Missieru li jinsab fis-smewwiet. Dan kollu jenfasizza wkoll il-bżonn li x-xogħol isir sewwa, u d-dmir tal-ħaddiema li jiżvolġu d-dmirijiet tagħhom b’kuxjenza u skont l-esiġenzi tal-ġustizzja u tal-imħabba.

Maħbubin ħuti maskili u femminili fi Kristu: il-Papa jistedinkom biex titolbu miegħu u mal-Knisja universali, sabiex il-bdiewa u l-ħaddiema kollha tad-dinja jgħixu d-dinjità tagħhom, iwettqu l-irwol tagħhom denjament u jwasslu l-kontribut kbir tagħhom għall-bini tas-Saltna ta’ Kristu, għall-glorja tat-Trinità Qaddisa. U Jalla Sidtna ta’ Peñafrancia tkompli tħobbkom, tikkunslakom u tipproteġi lilkom, lill-familji tagħkom u lil Pajjiżkom. Hekk Ikun.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.