Ewtanasja ġdida għall-Anzjani

Print Friendly, PDF & Email

Kritika qawwija mill-Papa Franġisku kontra l-abort u l-ewtanasja.


F’laqgħa mal-parteċipanti tal-assemblea plenarja tal-‘Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja’, il-Papa Franġisku għamel kkritika qawwija kontra l-abort u l-ewtanasja.

Ara l-filmat u aqra d-diskors tal-Papa Franġisku bil-Malti …

Il-Papa qal li hemm liġi “moħbija” ta’ ewtanasja. Hija dik li tgħid: “Il-mediċina tiswa ħafna flus, allura nistgħu nagħtu nofs id-doża.” Dan ifisser li tneħħi l-ħajja ta’ nies anzjani qabel iż-żmien.

Il-parteċipanti tal-assemblea plenarji kienu f’Ruma jiddiskutu x’l-aħjar li jista’ jsir biex titjieb is-saħħa pubblika b’mod globaly, l-aktar bi tweġiba għall-bżonn ta’ kura fis-saħħa li tkun l-istess għal kulħadd, kif kixfet il-pandemija.

Il-Papa rripeta dak li qal meta ħalla l-isptar Gemelli wara l-intervent mediku li kellu, u għamel emfasi fuq l-importanza ta’ kura tas-saħħa b’xejn.

Ara l-filmat u aqra d-diskors tal-Papa Franġisku bil-Malti …

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.