Laqgħa bejn Knisja u Gvern dwar is-sigriet tal-Qrar

Print Friendly, PDF & Email

LAQGĦA BEJN IL-GVERN FRANĊIŻ U L-KNISJA DWAR IS-SIGRIET TAL-QRAR

Ir-rapport finali tal-‘Kummissjoni Indipendenti dwar l-Abbuż Sesswali fil-Knisja’, maħruġ mill-awtoritajiet tal-gvern Franċiż, jgħid li madwar 216,000 tfal kienu abbużati fi Franza minn saċerdoti, djakni, patrijiet jew sorijiet mill-1950 to 2020. Fost il-45 rakkomandazzjoni tar-rapprt hemm talba lill-Knisja biex terġa’ tikkunsidra s-sigriet tal-Qrar fejn jidħol l-abbuż sesswali.

Skont il-gvern Franċiż, il-Knisja mhix meħlusa mill-obbligi tal-kodiċi kriminali tal-pajjiż milli tirrapporta lill-awtoritajiet tal-ġustizzja l-każi kollha ta’ vjolenza sesswali li jsiru fuq tfal żgħar u fuq persuni vulnerabbli.

Il-ministru tal-affarijiet interni, Gérald Darmanin, stieden lill-Knisja għal laqgħa biex jiġ diskuss is-sigriet tal-Qrar f’każi ta’ abbuż sessswali. Il-president tal-konferenza tal-Isqfijiet Franċiżi, l-Arċisqof Éric de Moulins-Beaufort, aċċetta t-talba biex jiddiskuti mal-ministru fuq il-kummenti ta’ dan l-aħħar dwar is-sigriet tal-Qrar.

L-Arċisqof Éric de Moulins-Beaufort

Ġie deċiż li l-laqgħa ssir fit-12 ta’ Ottubru fl-uffiċċji tal-ministeru. L-Arċisqof għandu jispjega xi jfisser is-sagrament tal-Qrar għall-Kattoliċi kif ukoll il-prinċipji teoloġiċi, spiritwali u kanoniċi tas-sagrament tal-Qrar.

Skont il-gvern Franċiż, is-sigriet tal-Qrar m’għandux preċedenza fuq il-liġi Franċiża, kif intqal mill-ministeru li, “xejn ma jieħu preċedenza fuq il-liġijiet tar-repubblika”. Min-naħa tal-Knisja, is-sigriet tal-Qrar jorbot b’liġi kanonika lis-saċerdoti u mhuwiex kontra l-liġi kriminali Franċiża. Dan hu assigurat minn ċirkulari tal-2004 tal-gvern Franċż\dwar il-kunfidenzjalità professjonali tal-membri tal-Knisja.

Il-Vatikan dejjem iddefenda b’qawwa s-sigriet tal-Qrar, u issa wkoll, meta qed isiru liġijiet mandatorji madwar id-dinja dwar l-obligazzjoni li s-saċerdoti jirrappurtaw dak li jkunu saru jafu fil-Qrar. B’nota f’Ġunju tal-2019, il-Vatikan afferma mill-ġdid li s-sigriet tal-Qrar hu invjolabbli, jiġifieri ma’ jista’ jinkiser għall-ebda raġuni.

Jista’ jkun li minħabba l-preġudizzji kawża tal-abbużi sesswali minn membri tal-Knisja, qed tintesa n-natura vera tal-Knisja, il-missjoni tagħha fid-dinja u l-preżenza fejjieda li dejjem kellha fil-ħajja tal-bnedmin. Hawn għajta, li mhix ġustifikata, biex il-Knisja tikkonforma s-sistemi ġuridiċi tagħha ma’ dawk ċivili biex b’hekk tkun retta u korretta.

Il-Knisja ssostni li s-sigriet tal-Qrar ġej direttament mir-rivelazzjoni divina u għandu għeruq fin-natura proprja tas-Sagrament hekk li ma jametti l-ebda eċċezzjoni, aktar u aktar jekk tkun ġejja mil-liġi ċivili.

Il-Qrar joffri spazju fejn il-persuni jiddiskutu l-esperjenza tagħom. Tfal li għaddew minn abbuż jistgħu jitkellmu dwar dak li sofrew u jiġu assigurati dwar l-innoċenza tagħhom għax iċ-ċertezza tas-sigriet tal-Qrar tagħtihom il-libertà li jiftħu qalbhom f’sitwazzjoni hekk diffiċli.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.