Miljun tifel u tifla jitolbu r-Rużarju”, Kampanja għall-Paċi

Print Friendly, PDF & Email

Tfal minn madwar id-dinja qed iħeġġu lill-tfal oħra biex jissieħbu f’kampanja ta’ talb tar-Rużarju għall-paċi u l-għaqda fid-dinja. Iktar minn 181,000 tifel u tifla diġà rreġistraw fl-inizjattiva ta’ din is-sena msejħa: “Miljun tifel u tifla jitolbu r-Rużarju”, li se ssir fit-18 ta’ Ottubru. Din qed tiġi organizzata minn Aid to the Church in Need (ACN), għajnuna pastorali Kattolika internazzjonali, organizzazzjoni, li toffri appoġġ finanzjarju lil aktar minn 5,000 proġett f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja.

L-idea tal-kampanja: “Miljun tifel u tifla jitolbu r-Rużarju” twieldet fl-2005 f’Caracas, il-kapitali tal-Venezwela. Waqt li bosta tfal kienu qed jitolbu r-rużarju f’post ta’ truq, uħud min-nisa li kienu preżenti kellhom esperjenza profonda tal-preżenza tal-Verġni Marija. Huma ftakru fil-kliem ta’ San Padre Pio, li meta ra grupp ta’ tfal jitolbu t-talba tar-rużarju, kien qal: “Meta miljun tifel u tifla jitolbu r-rużarju, id-dinja tinbidel.”

Imbierek bl-istigmati, l-qassis Franġiskan, kuljum għal diversi drabi kien jitlob it-talba tar-Rużarju. Qabel il-mewt tiegħu, fl-1968, Padre Pio ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jitobu r-Rużarju u qal: “Ħobbu lill-Madonna u għamluha maħbuba. Itolbu r-Rużarju u itolbuh dejjem u kemm tistgħu”.

Ejjew nilqgħu din l-inizjattiva u nħeġġu lit-tfal kemm fil-familja, fl-iskejjel u fil-klassi tal-katekiżmu biex fit-18 ta’ Ottubru jinġabru flimkien u jitolbu t-talba tar-Rużarju għall-Paċi fid-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-10/million-children-rosary-campaign-aid-church-need-acn.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: