Nhar il-Ħamis, 21 ta’ Ottubru 2021, ġiet inawgurata l-‘Fundazzjoni Fratelli tutti’, fuq il-linji tal-enċiklika tal-Papa Franġisku bl-istess isem. L-inawgurazzjoni saret mill-Kardinal Mauro Gambetti fil-preżenza tal-Ministru tas-Saħħa Taljan.
Il-Kardinal Gambetti spjega li l-Fundazzjoni se taħdem għall-ġustizzja soċjali, għas-solidarjetà u għall-ħidma favur il-ġid komuni, li għandu jingħata l-ewwel post. Il-Fundazzjoni għandha tipprovdi għodda li jgħinu għal umaniżmu ġdid b’mod sinodali filwaqt li tintegra l-kontribuzzjoni ta’ kull parti skond l-impenn u l-kompetenza tagħha..
“Jeħtieġ”, spjega l-Kardinal Gambetti, “li l-politika u l-ekonomija, il-kwalità tar-relazzjonijiet soċjali u personali tagħna jikunu sostnuti minn perspettiva ta’ żvilupp integrali. Jeħtieġ ukoll lii jinkiteb ‘dizzjunarju uman’ li jgħinna nifhmu lil xulxin, ukoll meta ma nafux lil kull persuna, għax b’hekk nistgħu nsejħu lil xulxin b’isimna, ħija u oħti.
Il-Fundazzjoni se tiffoka mill-inqas fuq tliet aspetti differenti ta’ azzjoni: dak tal-arti b’mod partikulari l-arti sagra, il-formazzjoni u t-taħriġ, u l-promozzjoni ta’ djalogu bejn il-popli, il-kulturi u r-reliġjonijiet.
Il-Fundazzjoni għandna tkun għodda flessibbli u trasparenti għas-servizz ta’ kulħadd, li tinvesti fin-nies u li toffri spazju fejn dawn jiltaqgħu, fejn jibnu komunità ta’ ħsieb u ta’ ħajja u li jinvolvu ruħhom fid-dinja.Hemm il-ħsieb li jiġu organizzati attivitajiet, esperjenzi u mumenti oħra biex jiġu inkuraġġiti l-valuri tal-libertà, tal-ugwaljanza u tal-fraternità.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea