Recording li fih Fr Norbert Bonavia mssp jagħti aktar tagħrif …
Imwieda f’Malta fl-1910, is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl kienet il-ħolma tal-Qaddej ta’ Alla Mons Ġużeppi De Piro, bniedem viżjonarju, li sspirat mill-ħeġġa missjunarja ta’ San Pawl, ħolom li jevanġelizza d-dinja.
Minn Malta il-membri ta’ din is-Soċjetà marru l-ewwel fl-Abbissinja u aktar tard f’diversi pajjiżi oħra fejn flimkien ma’ ħafna żgħażagħ u lajċi għadhom iħaddnu l-istess viżjoni tal-Fundatur tagħhom b’ħafna entużjażmu u ħeġġa. Fost dawn il-pajjiżi huma qegħdin fl-Awstralja, il-Kanada, l-Italja, il-Pakistan, il-Perù, f’Kuba u fil-Filippini.
Kemm jekk permezz tas-servizz lill-migranti u kemm permezz tal-ħidma soċjali, maż-żgħażagħ, l-għan tas-Soċjetà, hi fejn hi, huwa wieħed sempliċi u komuni, dak li taqsam mal-oħrajn, l-aktar dawk fil-periferija, id-don tal-fidi.
Illum is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed tfakkar il-mitt sena minn meta fl-14 ta’ Novembru 1921 kienet approvata mill-Isqof ta’ Malta Mons. Mawru Caruana.
F’dan ir-recordng, il-Membru tas-Soċjetà Fr Norbert Bonavia jagħti aktar tagħrif …
[soundcloud url=” https://soundcloud.com/user-1315623/2021-10-31-fr-norbert-bonavia-mitt-sena-mill-approvazzjoni-tal-mssp?si=ee83f19ab2ef4ebebfd262117f0c6f43″ params=”auto_play=false&hide_related=false&visual=false” width=”100%” height=”140″ iframe=”true” /]