Messaġġ tal-Papa Franġisku lil COP26

Print Friendly, PDF & Email

Ejja nagħżlu li nħallu lil uliedna pjaneta b’saħħitha

Għal konferenza dwar il-klima, li qed issir fi Glasgow, l-Iskozja, kien hemm preżenti s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Paolo Parolin, li kien qiegħed hemm f’isem il-Papa Franġisku. Huwa beda d-diskors miktub mill-Papa, fejn innota li l-konferenza għandha l-kompitu mportanti li turi lill-komunità internazzjonali kollha jekk verament hemmx ir-rieda politika li b’mod onest, responsabbli u b’kuraġġ jallokaw aktar riżorsi umani, finanzjarji u teknoloġiċi biex itaffu l-effetti negattivi tal-bdil fil-klima, kif ukoll biex jgħinu lill-aktar popolazzjonijiet foqra u vulnerabbli, li qegħdin ibatu l-aktar minn dan il-fenomenu.

Dan il-kompitu, kompla l-Kardinal, huwa iktar diffiċli, għax irid isir f’nofs pandemija; imma li tgħallimna li biex tiġi megħluba, rridu nipparteċipaw ilkoll.  Il-Kardinal Parolin fakkar li kien hemm żmien qabel il-pandemija li inevitabbilment se jkun differenti minn kif se tkun il-ħajja wara l-pandemija. Din il-ħajja, hija waħda li rridu nibnu lkoll flimkien, naħdmu fuq l-iżbalji tal-passat tagħna. L-istess jista’ jingħad dwar il-problema globali tat-tibdil fil-klima. M’għandniex alternattiva. Nistgħu nilħqu l-għaijiet miktuba fil-Ftehim ta’ Pariġi biss jekk naġixxu b’mod koordinat u responsabbli. Huma ambizzjużi, ida ma jistgħux jiġu ttardjati. Illum dawn id-deċiżjonijiet huma f’idejkom.

Ara l-Laudato Si’, l-enċiklika tal-Papa Franġisku dwar id-Dar Komuni tagħna …

Il-Kardinal Parolin kompla jinnota li bħalissa għaddejjin minn bidla ta’ era u sfida ta’ ċivilizzazzjoni. F’din iċ-ċirkustanza, saħaq fuq il-ħtieġa li pajjiżi b’kapaċità akbar jieħdu t-tmexxija fil-qasam tal-finanzjament tal-klima.

Huwa ddeskriva l-istrateġija ta’ emissjonijiet netti żero, adotattat mis-Santa Sede, li tinqasam f’żewġ partijiet:

  1. L-impenn tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan biex tilħaq dan il-għan sal-2050
  2. L-impenn tas-Santa Sede nnifisha biex tippromwovu edukazzjoni għall-ekoliġija integrali, konxji sew li l-miżuri politiċi, tekniċi u operattivi jridu jingħaqdu ma’ proċess edukattiv, li anke u speċjalment fost iż-żgħażagħ, jippromwovi stili ta’ ħajja ġodda u jħeġġeġ mudell kulturali ta’ żvilupp u sostenibbiltà ċċentrata fuq il-fraternità u fuq l-alleanza bejn il-bnedmin u l-ambjent naturali.

Dwar dan, s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan kompla jgħid, li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, li għalihom akkumula “dejn ekoloġiku” u għandha tingħata attenzjoni speċjali lil popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli. Innota li f’ċerti modi “d-dejn ekoloġiku” jfakkar fil-kwistjoni tad-dejn barrani u li l-pressjoni tiegħu ħafna drabi tfixkel l-iżvillup tal-popli. Kemm hu mportanti li jinħoloq żvilupp li fih kulħadd jista’ finalment jipparteċipa.

Il-Kardinal Parolin innota, b’niket, kemm aħna l-bogħod milli nilħqu l-għanijiet mixtieqa għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Imma l-verità hi li ma nistgħux naffordjawha. Bosta mumenti fit-tħejjija għall-COP26 urew li ma fadalx aktar ħin. “Għalhekk hija meħtieġa azzjoni urġenti kuraġġuża u responsabbli”.

Waqt li temm id-diskors tal-Papa Franġisku, l-Kardinal Parolin wissa, liż-żgħażagħ f’dawn l-aħħar snin ilhom iħeġġuna biex naġixxu, u li se jirtu biss il-pjaneta li nagħżlu li nħallu lilhom, abbażi tal-għażliet konkreti li ser nagħmlu llum.

Fl-aħħarnett il-Kardinal Parolin qara x-xewqat tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, li għalkemm mhux qiegħed fiżikament preżenti fi Glasgow, iżda assigura lil dawk preżenti , li qed jakkumpanjahom bit-talb tiegħu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-11/cardinal-pietro-parolin-discourse-cop26-pope-francis.html

Laudato Si’, l-enċiklika tal-Papa Franġisku dwar id-Dar Komuni tagħna …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: