L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2021, il-Papa Franġisku beda sensiela ta’ Katekeżi fuq San Ġużepp.
“Fit-8 ta’ Diċembru 1870 il-Beatu Piju IX ipproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja universali. 150 sena wara dik il-ġrajja, qed ngħixu Sena speċjali ddedikata lil San Ġużepp, u fl-Ittra appostolika Patris corde ġbart xi riflessjonijiet fuq il-figura tiegħu. Qatt daqs illum, f’dan iż-żmien immarkat minn kriżi globali b’diversi xejriet fiha, ma jista’ jkun ta’ għajnuna, ta’ faraġ u ta’ dawl għalina. Għalhekk iddeċidejt li niddedikalu ċiklu ta’ katekeżi, li nittama li jistgħu jgħinuna iktar inħallu jdawluna l-eżempju u x-xhieda tiegħu. Għal xi ġimgħat se nitkellmu fuq San Ġużepp.”
Fil-Laikos tista’ ssib bil-Malti t-test kollu tad-diskors tal-Papa …
Tista’ ssib ukoll bosta dokumenti u tagħrif ieħor fuq San Ġużepp …