Silta mill-messaġġ tal-Arċisqof Charles J, Scicluna lil dawk li ħadu sehem fl-Assemblea Djoċesana fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara. 18 ta’ Novembru 2021.
“L-esperjenzi li smajna llum huma esperjenzi profondi ħafna, li ġejjin mill-periferija. Aħna nħobbu nsemmu l-periferija imma propjament fejn qiegħda l-periferija? Meta tfittex il-wiċċ ta’ Ġesù, fejn qiegħed Ġesù? Jista’ jkun li aħna qegħdin fil-periferija ta’ fejn qiegħed Ġesù.”
“Mingħalina li għandna ċ-ċertezza jew il-monopolju tiegħu jew tal-grazzja, imma għadna ma fhimniex il-qalb tiegħu, qalb li toħroġ b’mod straordinarju f’din is-silta minn San Ġwann li kellna riflessjoni tant profonda tagħha llum: Ġesù jirrifjuta li jikkundanna imma jagħti l-ħajja. Bniedma kkundannata għall-mewt titlaq minn ħdejn Ġesù mhux biss ħajja imma wkoll b’futur. Kemm tkun ħaġa sabiħa li nilqgħu lil xulxin b’dan il-mod.”
Ara l-Omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna …