Wirja tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza

Print Friendly, PDF & Email

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza li qed tittella’ fil-foyer tal-Parlament ta’ Malta.

Il-wirja, li se ddum miftuħa sas-26 ta’ Diċembru, tinkludi arti li se jinbiegħu permezz ta’ rkant li se jsir onlajn fl-1 ta’ Jannar.

Aktar informazzjoni dwar l-irkant jista’ jinkiseb billi żżur is-sit elettroniku tad-Dar tal-Providenza www.dtpauction.com kif ukoll www.belgraviaauctions.com.

Il-pubbliku jista’ jżur din il-wirja fil-Parlament ta’ Malta, matul il-ġimgħa bejn id-9.00am u l-5.00pm u s-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9.00am u n-12.30pm. 

L-Ispeaker, fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu għall-kura tal-morda u favur il-persuni b’diżabilità. 

Semma wkoll kif il-Monsinjur kien għalliem, u xandar u farraġ lill-morda, lill-persuni b’diżabilità u lil qrabathom, filwaqt li kien jisħaq li l-persuni b’diżabilità għandhom jiksbu r-rispett li jixraqilhom u jingħataw l-għajnuna ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: