Din soċjetà likwida, gassuża

Print Friendly, PDF & Email

It-Tieni Katekeżi tal-Papa Franġisku fuq San Ġużepp – San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni. 24-11-2021

Soċjetà bħal din tagħna ġiet imsejħa “likwida”, għax donnha ma għandhiex konsistenza. Jiena nikkoreġi lil dan il-filosfu li ħareġ b’din id-definizzjoni u ngħid: iktar milli likwida, ‘gassuża’, soċjetà proprjament ‘gassuża’. Din is-soċjetà likwida, gassuża ssib fl-istorja ta’ Ġużeppi indikazzjoni preċiża dwar l-importanza tar-rabtiet umani.

Fil-fatt, il-Vanġelu jirrakkontalna l-ġenealoġija ta’ Ġesù mhux biss għal raġuni teoloġika, imma biex ifakkar lil kull wieħed u waħda minna li l-ħajja tagħna hi magħmula minn rabtiet li jinsabu hemm qabilna u jseħbuna. L-Iben ta’ Alla, biex ġie fid-dinja, għażel din it-triq tar-rabtiet, it-triq tal-istorja: ma niżilx fid-dinja b’mod maġiku, le. Mexa t-triq tal-istorja li nimxu lkoll kemm aħna.

Ara l-filmat tal-Katekeżi tal-Papa Franġisku u aqra t-test bil-Malti …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.