Il-Ħajja f’Għawdex

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħajja f’Għawdex, Novembru 2021, Nru 1032

Din il-kronaka ta’ kull xahar ta’ ġrajjiet u ideat ippakkjata f’xi ħamsin paġna ta’ kliem u illustrazzjonijiet imlewna, għalkemm teknikament hi rivista djoċesana, tkopri wkoll firxa wiesgħa ta’ ġrajjiet u temi kulturali, storiċi u ċivili biex tagħti titwila tajba lejn il-ħajja fil-gżira. Dan ix-xahar naqraw, fost l-oħrajn, dwar vittmi tal-Gwerra min-Nadur, kunċerti fix-Xagħra, festival internazzjonali tat-tajriet fl-Għarb, restawr fil-Belt Victoria, ‘sinfonija ta’ dwal’ f’Santa Luċija, it-tifkira tat-traġedja tal-1948 barra mill-Port tal-Imġarr, is-sensazzjoni li qajmet fuq Facebook il-paġna Retro Gozo, u ċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum Għawdex. Ta’ interess partikulari huma l-mistoqsijiet parlamentari riċenti mressqa minn deputati Għawdxin, u artiklu storiku fuq erba’ deputati Għawdxin fl-Assemblea li wettqet il-Kostituzzjoni Maltija tal-1921. Mill-qasam sportiv, nisimgħu fuq il-kollaborazzjoni mħabbra dan l-aħħar bejn it-tim tal-futbol tal-Oratory Youths u l-Akkademja ta’ Torino FC, u attivitajiet oħra marbuta ma’ futbol, atletika u motocross.

Il-Ħajja f’Għawdex, November 2021, No 1032

This monthly chronicle of events and ideas packed in some fifty pages of text and colourful illustrations, though technically speaking a diocesan journal, covers also a range of cultural, historical and civic events and topics that provide a highly condensed overview of life on the island. This month we can read, among others, about wartime casualties hailing from Nadur, concerts in Xagħra, an international kite festival in Għarb, art restoration in Victoria, a ‘symphony of light’ in Santa Luċija, the commemoration of the 1948 tragedy off Mġarr Harbour, the Retro GozoFacebook sensation, and the celebration of Jum Għawdex. Of particular interest are recent parliamentary questions tabled by current Gozitan deputies, and a historical article on four Gozitan deputies in the Assembly that enacted the Maltese constitution of 1921. On the sports front, one hears of the newly announced collaboration between the Oratory Youths football team and Torino FC Academy, and other activities related to football, athletics and motocross.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: