Il-magażin Malta Missjunarja ta’ Diċembru 2021

Print Friendly, PDF & Email

Jingħad li darba wieħed antropologu ddeċieda li jagħmel logħba żgħira lil grupp ta’ tfal minn tribù Afrikan. Huwa poġġa qoffa mimlija frott u ħelu taħt siġra kbira, u qal lit-tfal, li qatt f’ħajjithom ma kienu raw dak il-frott u l-ħelu kollu miġbur f’daqqa, li min minnhom jasal l-ewwel ħdejn is-siġra seta’ jieħu l-qoffa u dak kollu li kien hemm fiha.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru tista’ taqra din l-istorja u tirrifletti fuqha fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 fil-Malawi u x’qed jagħmel Missio Malta biex jgħin. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ San Pinu Puglisi, magħruf bħala l-qassis taż-żgħażagħ. Insiru nafu dwar ħajtu u dwar kif tkellem fuq Papa Franġisku.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: