Is-sens tat-test bibliku fit-tradizzjoni tal-komunità

Print Friendly, PDF & Email

Ir-Rilettura tat-Test. Kitba ta’ Fr Joseph Agius OP

Meta kien ffurmat kull test li llum jinsab fil-Kotba Mqaddsa it-test kellu tifisra partikulari għall-ewwel nies li qrawh jew semgħuh jinqara, id-destinatarji tat-test. Din it-tifsira nsejħulha s-sens storiku tat-test. Imma għall-komunità li qrat jew semgħet it-test jinqara is-sens tat-test qatt ma kien fiss darba għal dejjem. L-ermenewtika moderna tinsisti fuq li s-sens tat-test ma jiddependix biss mill-intenzjoni tal-awtur li kitbu, imma anki minn dak li jara fit-test min jaqrah jew jisimgħu jinqara. …

… Fi ħdan il-Poplu t’Alla mill-bidunett kien hemm il-konvinzjoni li l-kelma t’Alla hi ħajja, u għandha ddawwal lil dak li jkun f’kull sitwazzjoni tal-ħajja. Għalhekk, mill-bidunett il-komunità fittxet tara fid-dawl tal-fidi tagħha sens fit-test li kien jippermettilha tapplika il-kelma t’Alla għaċ-ċirkustanzi storiċi ta’ żmienha. L-isforz tal-komunità li tara fit-test sens li kien igħodd għal żmienha insejħulu ir-rilettura tat-test. It-tifsira ġdida li l-komunità skopriet fit-test hemm min isejħilha s-sens spiritwali jew anki s-sens sħih – sensus plenior – tat-test. …

Kompli aqra l-kitba ta’ Fr Joseph Agius op …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: