Il-paċi fil-kamp

Print Friendly, PDF & Email

Ġrajja vera li seħħet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija

Din hi storja li ġrat 107 snin ilu, fl-ewwel Gwerra Dinjija. Kien lejliet il-Milied tal-1914, is-suldati Ngliżi u Ġermaniżi kienu fuq kull naħa jistennew li jisparaw fuq xulxin. F’daqqa waħda, f’dak is-skiet mit-trinek nstema’ l-kant tas-suldati Ġermanizi. Kien il-kant tal-għanja li twieled fil-lejla tal-Milied f’wieħed mill-irħula tal-Awstrija, Oberndorff, ’O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied’. Is-suldati Ngliżi u Skoċċiżi kantawha magħhom, bl-Ingliż.

Imbagħad is-suldati Ġermaniżi, mimlija b’entużjazmu tal-għaġeb, ma felħux iżjed. Qamu minn posthom u ħargu mit-trinek tagħhom. L-uffiċjali tagħhom ippruvaw iżommuhom imma kien kollu għalxejn. Is-suldati Ġermaniżi imxew lejn l-Ingliżi. Dawn qamu wkoll. Is-suldati waqfu, iċċassaw lejn xulxin, qiegħdu l-ixkubetti fl-art, tbissmu lil xulxin u fetħu dirgħajhom biex jilqgħu lil xulxin. U mbagħda tgħannqu qishom aħwa. Ma ħassewhomx iżjed suldati u għedewwa ta’ xulxin. Partu s-sigaretti u ċ-ċikkulati li kellhom.

Dan kien lejliet il-Milied li baqa mniżże1 f1-istorja tad-dinja. Il-paċi fil-kamp baqgħet għal erbat ijiem sħaħ u s-suldati kienu jkompluha għal dejjem li kieku ħallewhom. Din hi waħda rnill-isbah ġrajjiet li fiha 1-bnedinin tgħallmu jħobbu, u jħobbu bis-serjetà.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: