Wara t-tifun fil-Filippini

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja fil-Filippini tniedi kollezzjoni tal-Milied għall-vittmi tat-Tifun Rai.

Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Filippini stabbilixxiet il-25 u s-26 ta’ Diċembru bħala ġranet nazzjonali ta’ talb għall-familji milquta mis-super-tifun Rai. Huma qed iħeġġu wkoll lid-djoċesijiet madwar il-pajjiż biex jagħmlu kollezzjonijiet fil-Quddies kollu f’Jum il-Milied u l-għada għall-vittmi. “Ejjew jekk jogħġobkom inwieġbu b’ġenerożità,” hekk kiteb f’messaġġ, l-Isqof Pablo Virgilio David ta’ Kalookan, il-President tal-Konferenza Episkopali Filippina.

Il-kollezzjonijiet se jintbagħtu lis-Segretarjat Nazzjonali għall-Azzjoni Soċjali, l-Caritas Filippina li bħalissa qed timmobilizza x-xogħol ta’ għajnuna fiz-zoni meqruda. L-fergħa umanitarja Kattolika tal-Knisja Filippina ħeġġet donazzjonijiet mill-parruċċani fl-ispirtu tal-Milied.

B’riħ qawwi sa 195 km, it-tifun qatel mill-inqas 208 ruħ, u weġġa’ kważi 2,500 persuna, u qered djar u infrastruttura. Ġew spostati l-fuq minn 490,000 ruħ u ħalla biljuni ta’ pesos fi ħsara. L-esperti jqabblu l-qawwa tiegħu ma’ haiyan, li laqat lill-pajjiż fl-2013, u ħasad aktar minn 7,300 ħajja.

Diversi djoċesijiet fil-Gżejjer Visayas ġarrbu ħsarat serji mit-tifun. Ħafna min-nies milquta għandhom bżonn iddisprat ta’ ikel, ilma, ħwejjeġ, kenn temporanju u mediċini. L-biċċa l-kbira tan-networks tat-toroq huma maqtugħa, għalhekk li tilħaqq il-komunitajiet milquta hija estremament diffiċli.

Waqt it-talba tal-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu mal-poplu Filippin u talab għat-talb u għajnuna għall-vittmi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-12/philippine-church-christmas-collection-for-typhoon-victims.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: