Il-messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi

Print Friendly, PDF & Email

Djalogu interġenerazzjonali, edukazzjoni u ħidma fil-qalba tal-messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi.

Fil-messaġġ annwali tiegħu għall-Jum Dinji tal-Paċi, l-Papa Franġisku qed jappella lill-irġiel u n-nisa ta’ rieda tajba, lill-mexxejja tal-pajjiżi, u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jimxu flimkien b’kuraġġ u kreattività fit-triq tad-djalogu interġenerazzjonali, fl-edukazzjoni u x-xogħol.

Beda l-messaġġ tiegħu, billi l-Qdusija Tiegħu nnota li t-triq tal-paċi għadha “sfortunatament ‘il bogħod mill-ħajja reali ta’ ħafna rġiel u nisa”. Filwaqt li jsemmi l-intesifikazzjoni tal-gwerrer u l-kunflitti, t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, mudell ekonomiku individwalistiku u l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19, “l-għajta tal-foqra u tad-dinja”, jgħid, “li jsemmgħu lilhom infushom kontinwament, jitolbu għall-ġustizzja u l-paċi”. L-Papa stqarr li “f’kull żmien il-paċi hija kemm rigal mill-għoli kif ukoll frott ta’ impenn komuni”, u li jrid jagħżel it-tliet toroq għall-bini ta’ paċi dejjema.

“Id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet bħala l-bażi għat-twettiq ta’ proġetti kondiviżi”, huwa kruċjali. Il-Papa Franġisku qal, lid-djalogu, jitlob fiduċja bejn il-parteċipanti li għandhom bżonn jisimgħu lil xulxin, jaqsmu fehmiet differenti, jilħqu ftehim u jimxu flimkien. Dan huwa speċjalment importanti bejn il-ġenerazzjonijiet: “bejn dawk li jżommu l-memorja – l-anzjani – u dawk li jmexxu l-istorja ‘l quddiem – iż-żgħażagħ.”

“Għalkemm l-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku kellu t-tendenza li joħloq qasma bejn il-ġenerazzjonijiet, il-kriżijiet attwali tagħna juru l-ħtieġa urġenti ta’ sħubija bejn il-ġenerazzjonijiet.” Il-Papa jistedinna naħsbu fil-kura tad-dar komuni tagħna u jindika li l-ambjent “huwa b’self lil kull ġenerazzjoni li mbagħad trid tgħaddiha lill-oħra”.

It-tieni triq enfasizzata mill-Papa Franġisku fit-tfittxija tal-paċi hija l-edukazzjoni: mezz primarju biex jippromwovi l-iżvilupp uman integral. Jagħmel lill-individwi aktar ħielsa u aktar responsabbli, u huwa essenzjali għad-difiża u l-promozzjoni tal-paċi.

L-Kap tal-Knisja Kattolika ddedika żewġ paragrafi għal żieda globali fl-infiq militari u qal li wasal iż-żmien li l-gvernijiet jiżviluppaw politika ekonomika mmirata biex jaqilbu l-proporzjoni ta’ fondi pubbiċi minfuqa fuq l-edukazzjoni u l-armi. Waqt li jesprimi t-tama tiegħu li l-investiment fl-edukazzjoni jkun akkumpanjat ukoll minn sforz akbar biex tiġi promossa kultura li tagħti każ.

It-tielet triq li joffri l-Papa Franġisku hija dik li tistrieħ fuq it-twemmin lix-xogħol huwa fattur indispensabbli fil-bini u ż-żamma tal-paċi. Filwaqt li jindika l-effetti devastanti li l-pandemija tal-Covid-19 kellha fuq id-dinja tax-xogħol, li wassal biex l-attivitajiet ekonomiċi u produttivi jfallu u l-qgħad jogħli rasu. L-Papa jgħid lix-xogħol, il-ħaddiema, u d-drittijiet tagħhom huma l-pedament li fuqhom tinbena l-ġustizzja u s-solidarjetà, f’kull komunità.

Il-perspettiva tiegħu hija doppja: minn naħa, x-xogħol huwa neċessità, parti mit-tifsira tal-ħajja fuq din l-art, triq għat-tkabbir, il-milja personali u l-opportunità li tikkontribwixxi għas-soċjetà. Min-naħa l-oħra, “huwa aktar urġenti minn qatt qabel li jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u dinjitużi għall-ħaddiema li jiġu mħeġġa inizjattivi intraprenditorjali li fihom, il-profitt mhuwiex l-uniku kriterju ta’ gwida”.

L-irġiel u n-nisa li huma konxji tar-rwol tagħhom fis-soċjetà, u li jaħdmu u jsibu twettiq f’postijiet fejn id-dinjità umana hija rispettata, jgħid il-Papa Franġisku, se jsiru artiġjana tal-paċi, jimxu flimkien fit-triq tad-djalogu interġenerazzjonali, l-edukazzjoni u x-xogħol. Elementi indispensabbli biex ikun possibli l-ħolqien ta’ patt soċjali li mingħajru kull proġett ta’ paċi jirriżulta insostenzjali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-12/pope-francis-world-day-peace-message-dialogue-education-work.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: