Sewwasew fit-triq ta’ Damasku, fl-ewwel snin 30 tas-seklu I, u wara perjodu li fih kien ippersegwita lill-Knisja, seħħ il-mument deċiżiv tal-ħajja ta’ Pawlu. Fuqu nkiteb ħafna u naturalment minn diversi perspettivi. Li hu żgur hu li hemm seħħet bidla, anzi taqliba sħiħa ta’ perspettiva. Hemm, bla mistenni, hu beda jqis bħala “telf” u “knis” dak kollu li qabel kien għalih l-ogħla ideal, kważi r-raġuni tal-eżistenza tigħu (ara Fil 3:7-8). X’kien ġara?

Kompli aqra din il-Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI …
Ara aktar katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq l-Appostlu Missierna San Pawl …