Jum ta’ mistrieħ komuni f’kull ġimgħa

Print Friendly, PDF & Email

L-Alleanza Ewropea tal-Ħadd qed issejjaħ lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea biex jistabbilixxu li f’kull ġimgħa jkun hemm jum ta’ mistrieħ komuni

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għal Ħadd Ħieles mix-Xogħol, l-Alleanza Ewropea tal-Ħadd qed tħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tal-Unjoni Ewropea biex ipoġġu bħala prijorità l-istabbiliment ta’ jum ta’ mistrieħ komuni Ewropew ta’ kull ġimgħa għall-ħaddiema – bi tradizzjoni, tkun il-Ħadd – hekk kif minquxa fl-Art.2 tal-Karta Soċjali Ewropea.

“Dan is-saħħaħ il-koeżjoni (għaqda ta’ wieħed mal-ieħor) soċjali tal-komunitajiet tagħna, u huwa indispensabbli li nirkupraw u niżguraw kemm benessri aħjar kif ukoll produttività tal-ħaddiema”, tgħid l-Alleanza fi stqarrija maħruġa l-Erbgħa 3 ta’ Marzu 2022.

Fr Manuel Barrios Prieto, Segretarju Ġenerali tal-COMECE, spjega li jum komuni sinkronizzat ta’ mistrieħ “jippermetti lin-nies iqattgħu ħin mal-familja u l-ħbieb tagħhom; biex jieħdu ħsieb ħaddieħor, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli; biex jilgħabu flimkien ma’ wliedhom u ħbiebhom; biex igawdu n-natura u biex irawmu fihom aktar il-ħajja kulturali u spiritwali tagħhom u biex isegwu l-interessi u l-passatempi oħra”.

Fit-tħejjija għall-Jum Internazzjonali għal Ħadd mingħajr xogħol, l-Alleanza permezz tal-midja soċjali, qajmet kuxjenza dwar il-valur uniku tal-Ħadd għas-soċjetà tagħna u dwar l-impotanza ta’ jum komuni ta’ mistrieħ.

COMECE hija membru fundatur tal-Alleanza Ewropea tal-Ħadd. L-Alleanza hija netwerk wiesa’ ta’ aktar minn 100 alleanza nazzjonali tal-Ħadd, trejdjunjins, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, Knejjes u komunitajiet reliġjużi fl-Unjoni Ewropea. L-alleanza hija mpenjata li tqajjem kuxjenza dwar il-valur uniku tal-Ħadd għas-soċjetà tagħna u dwar l-importanza ta’ jum komuni ta’ mistrieħ.

Għal aktar tagħrif klikkja hawn …

Ara l-Istqarrija …

Leave a Reply

%d bloggers like this: